Télécharger Imprimer la page

Trudell Medical International AerobiKA XL Mode D'emploi page 55

Publicité

MT
APPARAT AEROBIKA* LI JFORNI PRESSJONI ESPIRATORJA POŻITTIVA OXXILLANTI
UŻU INTENZJONAT
L-apparat Aerobika* Pressjoni Espiratorja Pożittiva
Oxxillanti huwa intenzjonat li jintuża bħala apparat
tal-Pressjoni Espiratorja Pożittiva (PEP)� L-apparat
Aerobika* jista' jintuża wkoll fl-istess ħin mal-għoti
ta' mediċina ta' aerosol nebulizzata� L-apparat huwa
intenzjonat li jintuża minn pazjenti li huma kapaċi
jiġġeneraw fluss ta' nifs 'il barra ta' 10 L/mingħal 3-4
sekondi�
INDIKAZZJONI(JIET)
L-apparat Aerobika* PEP Oxxillanti huwa apparat
għat-terapija li tnaddaf il-passaġġ tan-nifs li jintuża
biex jimmobilizza s-sekrezzjonijiet mill-pulmun
eċċessivi u jtejjeb it-teħid tan-nifs� Jista' jintuża biex
jiġu mmaniġġjati kundizzjonijiet respiratorji bħal
COPD, bronkiektasi u Fibrożi Ċistika�
Jintuża minn pazjent wieħed biss�
KONTRAINDIKAZZJONIJIET
L-użu ta' dan l-apparat mhuwiex irrakkomandat għall-
kundizzjonijiet li ġejjin:
• Pazjenti li ma jistgħux jittolleraw l-istrapazz żejjed
tat-teħid tan-nifs
• Pressjoni intrakranjali (ICP, intracranial pressure) >
20 mm Hg
• Instabbiltà emodinamika (instabbiltà fil-pressjoni
tad-demm)
• Kirurġija jew trawma riċenti fil-wiċċ, fil-ħalq, jew
fil-kranju
• Sinusite akuta
• Epistassi (ħruġ ta' demm mill-imnieħer)
• Kirurġija esofagali
• Nawsja
• Emoptissi attiva (ħruġ ta' demm mill-pulmun)
• Pnewmotoraċi li mhix tiġi ttrattata (kollass tal-
pulmun li mhux jiġi ttrattat)
• Qasma fil-membrana timpanika (it-tanbur
tal-widnejn) magħrufa jew issuspettata jew xi
patoloġija oħra tal-parti tan-nofs tal-widna
TWISSIJIET
L-użu tal-apparat fi pressjonijiet eċċessivi jista' jkollu
effetti avversi� Pressjonijiet espiratorji ogħla minn 20
cm H₂O f'pazjenti sensittivi għal żieda fil-pressjoni
transpulmonari jistgħu jiżviluppaw wieħed jew
aktar mill-effetti avversi sekondarji mniżżlin hawn
taħt� Wieħed għandu juża l-ġudizzju kliniku espert
fl-għażla tas-setting ix-xieraq għal kull pazjent
individwali� In-nuqqas ta' qbil bejn is-setting tar-
reżistenza x-xieraq fuq l-Indikatur tal-Aġġustament
u l-fluss espiratorju tal-pazjent jista' jirriżulta f'nuqqas
li jinkisbu l-għanijiet terapewtiċi tat-terapija b'PEP
oxxillanti jew f'wieħed jew aktar mill-effetti avversi
sekondarji mniżżlin hawn taħt�
Ir-reazzjonijiet avversi jistgħu jinkludu
• Strapazz akbar għat-teħid tan-nifs li jista' jwassal
għal ipoventilazzjoni u iperkarbja
• Żieda fil-pressjoni kranjali
• Kompromess kardjovaskulari
• Iskemija mijokardijaka
• Tnaqqis fir-ritorn venuż
• Jinbela' n-nifs bi probabbiltà akbar ta' remettar u
aspirazzjoni
• Klawstrofobija
• Barotrawmi pulmonari
ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UŻU
Qabel l-użu, żgura li dawn l-istruzzjonijiet ikunu
nqraw u li jinżammu disponibbli f'kull mument�
Jekk għandek mistoqsijiet dwar il-prestazzjoni jew
l-użu ta' dan il-prodott, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-
professjonist tal-kura tas-saħħa tiegħek qabel l-użu�
Għad-deskrizzjonijiet tal-apparat ara l-Figura
Twissija: Tħallix l-apparat waħdu u mingħajr ma
jkun qed jiġi mħares mat-tfal� Fih biċċiet żgħar li
jistgħu jikkawżaw fgar�
ISSETTJAR TAL-APPARAT
Is-setting
tar-reżistenza
għandu jiġi ssettjat minn professjonist tal-kura tas-
saħħa skont il-passi li ġejjin:
1
Ibda bl-Indikatur tar-Reżistenza fis-setting tan-
nofs� (Fig�
)
2
2
Bil-pazjent bilqiegħda f'pożizzjoni komda, għidlu
jiġbed in-nifs minn ġol-apparat billi jieħu nifs aktar fil-
fond min-normal, imma mhux li jimla l-pulmun kollu,
imbagħad jonfoħ in-nifs 'il barra malajr iżda mhux
bis-saħħa minn ġol-apparat�
3
Ir-reżistenza għandha tiġi ssettjata sabiex il-ħruġ
tan-nifs 'il barra jdum 3-4 darbiet iżjed mit-teħid tan-
nifs� Ir-reżistenza tista' tiżdied billi tmexxi l-indikatur
lejn ix-xellug� Biex tnaqqas ir-reżistenza, mexxi
l-indikatur lejn il-lemin�
Nota: L-għażla tas-setting it-tajjeb tar-reżistenza
se tipproduċi l-proporzjon tal-fluss ispiratorju-
espiratorju mixtieq ta' 1:3 jew 1:4 għal 10-20 minuta
mingħajr għeja eċċessiva�
4
Il-pazjenti għandhom jiġu evalwati mill-ġdid minn
żmien għal żmien jew kull darba li jkun hemm bidla fl-
istat� Meta tonqos il-konġestjoni fil-passaġġ tan-nifs,
ikun hemm bżonn ta' aktar reżistenza biex jinżammu
l-proporzjonijiet tal-ispiratorju:espiratorju�
UŻU TAL-APPARAT
It-trattamenti għandhom jitwettqu darbtejn kuljum
jew skont l-istruzzjonijiet tal-professjonist tal-kura
tas-saħħa tiegħek� Għalkemm ma tagħmilx differenza
f'liema pożizzjoni jkun l-apparat Aerobika*, huwa
rrakkomandat li t-trattamenti jsiru f'pożizzjoni
bilqiegħda komda� (Fig�
4
1
Eżamina l-apparat bir-reqqa�
• Jekk hemm xi trab jew xi frak viżibbli ieħor ġo
fih, naddaf l-apparat� Ibdlu immedjatament jekk
għandu l-ħsara jew fih xi partijiet neqsin�
• Żgura li l-Indikatur tar-Reżistenza huwa ssettjat kif
ordnalek il-professjonist tal-kura tas-saħħa�
1
Aerobika*
tal-apparat
)
53

Publicité

loading

Ce manuel est également adapté pour:

Aerobika