ATTENZJONI: Biex tgħin tipprevjeni ħruġ jew waqgħat involontarji mis-sodda,
agħmel ċert li d-distanza bejn in-naħa ta' fuq tar-rejls tal-ġenb (jekk jintużaw)
u n-naħa ta' fuq tas-saqqu (mingħajr kompressjoni) tkun madwar 8.66 in (22cm).
Ikkunsidra d-daqs individwali tal-pazjent, il-pożizzjoni (relattiva għan-naħa ta'
fuq tar-rejl tal-ġenb) u l-kundizzjoni tal-pazjent fi l-valutazzjoni tar-riskju tal-
waqgħat.
It-Tipjijp fi s-Sodda huwa Pprojbit - It-tipjip fi s-sodda jista' jkun perikoluż. Biex tevita r-riskju ta' nar,
m'għandu qatt ikun permess it-tipjip fi s-sodda.
Protokolli Ġenerali
• Evita kuntatt ta' strumenti li jaqtgħu mal-AtmosAir Fit MRS u l-AtmosAir Plus MRS. It-titqib,
il-qtugħ u t-tiċrit jipprevjenu l-funzjonament kif suppost.
• Segwi r-regoli ta' sigurtà u l-protokolli kollha tal-istituzzjoni applikabbli li jikkonċernaw
is-sigurtà tal-pazjent u tal-persuna li tipprovdi l-kura.
Ir-Rimi - Fl-aħħar tal-ħajja utli, armi l-iskart skont ir-rekwiżiti lokali jew ikkuntattja lill-manifattur
għal parir.
Preparazzjoni għall-Użu
1.
Iftaħ il-kontenitur(i) tal-konsenja.
Tużax strumenti li jaqtgħu biex tiftaħ il-kaxex. Tista' ssir ħsara għas-saqqu.
2.
Neħħi l-AtmosAir Fit MRS jew l-AtmosAir Plus MRS mill-għatu protettiv tal-plastik.
L-għatu tas-saqqu jista' jidher imkemmex meta jitneħħa mill-kaxxa. Biex
tneħħi t-tikmix, agħti ċans lis-saqqu sa 24 siegħa biex jakklimatizza; ara
t-Tabella tal-Individwazzjoni tas-Soluzzjoni għal iktar informazzjoni. It-tikmix
mhux se jaff ettwa l-infl azzjoni jew il-funzjoni, għalhekk l-MRS jista' jintuża
immedjatament jekk ikun meħtieġ.
3.
Iċċekkja jekk is-superfi ċje tas-saqqu għandhiex tiċrit jew qsim; tużahx jekk ikun hemm tiċrit
jew qsim.
4.
Jekk tkun se terġa' tinstalla l-MRS fuq qafas ġdid jew għal pazjent ġdid, iċċekkja jekk is-superfi ċje
tas-saqqu tkunx imtebba' jew maħmuġa; naddaf u / jew iddiżinfetta kif meħtieġ (ara l-Kura u
t-Tindif).
5.
Poġġi s-sodda f'livell u aqfel il-brejkijiet.
6.
Neħħi s-saqqu eżistenti mill-qafas tas-sodda.
247