Introduzzjoni; Indikazzjonijiet; Kontraindikazzjonijiet; Riskji U Prekawzjonijiet - GETINGE Arjohuntleigh AtmosAir Fit Notice D'utilisation

Mattress replacement system
Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 131

Introduzzjoni

ATTENZJONI: Huwa importanti li taqra u tirrevedi b'attenzjoni dawn l-istruzzjonijiet
mal-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek. Jekk ikollok xi mistoqsijiet ta' natura
medika, jekk jogħġbok ikkuntattja lill-professjonista tal-kura tas-saħħa tiegħek.
Huwa rrakkomandat li t-taqsimiet kollha ta' dan il-manwal tal-utent jinqraw qabel jintuża l-prodott.
Irrevedi b'attenzjoni l-Indikazzjonijiet, il-Kontraindikazzjonijiet, ir-Riskji u l-Prekawzjonijiet
u l-Informazzjoni dwar is-Sigurtà qabel tqiegħed pazjent fuq kwalunkwe AtmosAir™ Fit Mattress
Replacement System (MRS) u AtmosAir™ Plus Mattress Replacement System (MRS).
Dawk li jipprovdu l-kura għandhom jiddiskutu l-Informazzjoni dwar is-Sigurtà, ir-Riskji
u l-Prekawzjonijiet u l-Kontraindikazzjonijiet mal-pazjent (jew mal-kustodji tal-pazjent)
u mal-familja tal-pazjent.
L-AtmosAir Fit MRS u l-AtmosAir Plus MRS huma sistemi ta' sostituzzjoni tas-saqqijiet tar-ridistribuzzjoni
tal-pressjoni mingħajr qawwa li jużaw Self Adjusting Technology (SAT) biex jipprovdu terapija ta'
ridistribuzzjoni tal-pressjoni. Is-sistemi huma mfasslin għal pazjenti li jiżnu sa 1000 lb (454 kg),
b'karatteristiċi ta' espandibiltà minn 36 in (91 cm) mingħajr kuxxini ta' appoġġ għal 42 in sa 48 in
(107 cm sa 122 cm) fi l-wisa' bil-kuxxini ta' appoġġ fl -AtmosAir Fit MRS sa 34 in (86 cm) mingħajr kuxxini
ta' appoġġ għal 41 in sa 48 in (104 cm sa 122 cm) fi l-wisa' bil-kuxxini ta' appoġġ fl -AtmosAir Plus MRS.

Indikazzjonijiet

L-AtmosAir Fit MRS u l-AtmosAir Plus MRS huma indikati għall-prevenzjoni u t-trattament tal-leżjonijiet
tal-ġilda.

Kontraindikazzjonijiet

L-AtmosAir Fit MRS u l-AtmosAir Plus MRS huma kontraindikati għall-pazjenti li għandhom il-
kundizzjonijiet li ġejjin:
• ksur vertebrali instabbli
• trazzjoni ċervikali u skeletali

Riskji u Prekawzjonijiet

Trasferiment - Għandhom jittieħdu prekawzjonijiet standard waqt it-trasferiment tal-pazjent.
Ir-Rejl tal-Ġenb u r-Restrizzjonijiet - TWISSIJA: L-użu jew in-nuqqas ta' użu tar-restrizzjonijiet,
inkluż tar-rejl tal-ġenb, jista' jkun kritiku għas-sigurtà tal-pazjent. Jista' jirriżulta korriment serju jew
mewt mill-użu (mill-intrappolament potenzjali) jew min-nuqqas ta' użu (il-waqa' potenzjali tal-
pazjent) tar-rejl tal-ġenb jew ta' restrizzjonijiet oħrajn. Ara l-Informazzjoni dwar is-Sigurtà relatata.
Il-Migrazzjoni tal-Pazjent - Is-superfi ċji ta' speċjalità għandhom karatteristiċi laterali u ta'
appoġġ diff erenti mis-superfi ċji konvenzjonali u jistgħu jżidu r-riskju tal-moviment tal-pazjent,
l-ammortizzazzjoni u/jew il-migrazzjoni f'pożizzjonijiet perikolużi ta' qbid u/jew ta' ħruġ involontarju
mis-sodda. Issorvelja ta' spiss lill-pazjenti biex tħares lill-pazjent milli jiġi intrappolat.
245

Publicité

Table des Matières
loading

Ce manuel est également adapté pour:

Arjohuntleigh atmosair pus

Table des Matières