Télécharger Imprimer la page

3M DBI-SALA Nano-Lok 3101207 Mode D'emploi page 195

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 96
5.0 Spezzjoni
5.1
TIKKETTA RFID: L-Apparat li Jinġibed Lura Fuqu Nnifsu jinkludi tikketta tal-Identifikazzjoni bil-Frekwenza tar-Radju
(RFID, Radio Frequency Identification) (ara Figura 17). It-tikketta tal-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID)
tista' tintuża mal-apparat tal-qari li jinżamm fl-idejn u l-portal ibbażat fuq l-internet biex tissimplifika l-ispezzjoni u
l-kontroll tal-inventarju u tipprovdi rekords għat-tagħmir tiegħek għall-protezzjoni mill-waqgħat. Għad-dettalji, ikkuntattja
rappreżentant tas-Servizz tal-Klijent ta' 3M (ara l-qoxra ta' wara). Segwi l-istruzzjonijiet ipprovduti mal-apparat tal-qari li
jinżamm fl-idejn, jew fuq il-portal tal-web, biex titrasferixxi d-dejta tiegħek għal fuq ir-reġistru tal-web tiegħek.
5.2
FREKWENZA TA' SPEZZJONI: L-Apparat li Jinġibed Lura Fuqu Nnifsu jrid jiġi spezzjonat f'intervalli definiti f'Sezzjoni 2.
Il-proċeduri tal-ispezzjoni huma spjegati fir- "Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni" (Tabella 3) .
;
Kundizzjonijiet tax-xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista' jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta'
spezzjonijiet (ara Tabella 2).
5.3
KUNDIZZJONIJIET MHUX SIGURI JEW DIFETTUŻI: Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew difettuża,
neħħi l-SRD mis-servizz immedjatament u armih (ara Sezzjoni 6).
;
3M jew partijiet awtorizzati bil-miktub biss jistgħu jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq dan l-apparat.
5.4
ĦAJJA TAL-PRODOTT: Il-ħajja funzjonali tal-Apparati li Jinġibdu Fuqhom Infushom ta' 3M tiġi ddeterminata mill-
kundizzjonijiet tax-xogħol u l-manutenzjoni. Sakemm il-prodott jgħaddi mill-kriterji ta' spezzjoni, jista' jinżamm fis-
servizz (fiż-żmien il-ħajja massima tal-prodott). Il-ħajja massima tal-prodott ta' SRD b'linji tas-salvataġġ b'ċinturini tas-
sikurezza tat-tessut mhijiex aktar minn 10 snin mid-data tal-manifattura.
6.0 MANUTENZJONI, SERVIZZ, u ĦAŻNA
6.1
TINDIF: Il-proċeduri tat-tindif għall-SRD huma kif ġejjin:
Naddaf in-naħa ta' barra tal-SRD regolarment billi tuża l-ilma u soluzzjoni ħafifa tas-sapun. Ippożizzjona l-SRD sabiex
l-ilma żejjed jista' jitbattal 'il barra. Naddaf it-tikketti kif meħtieġ.
Naddaf iċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Linja tas-Salvataġġ bl-ilma u soluzzjoni tas-sapun ħafifa. Laħlaħ u nixxef sew
bl-arja. Tipprovax tnixxef malajr bl-użu tas-sħana. Il-kejbil tas-sigurtà għandu jkun niexef qabel tħallih jinġibed lura
fit-tagħmir. Akkumulazzjoni eċċessiva ta' ħmieġ, żebgħa, eċċ. tista' tipprevjeni lil-linja tas-salvataġġ milli tinġibed lura
b'mod sħiħ fil-qafas li jikkawża periklu potenzjali ta' waqgħa mingħajr kontroll (free fall).
6.2
SERVIZZ: L-SRDs ma jistgħux jiġu msewwija. Jekk l-SRD kien suġġett għal waqgħa mingħajr kontroll (free fall) jew
l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew difettuza, neħħi l-SRD mis-servizz u eqirdu (ara "Rimi").
6.3
ĦAŻNA/TRASPORT: Aħżen u ttrasporta l-SRDs f'ambjent frisk, xott u nadif 'il barra mir-raġġi diretti tax-xemx. Evita
spazji fejn jista' jkun hemm fwar kimiku. Spezzjona l-SRD bir-reqqa wara kull perjodu ta' ħażna fit-tul.
6.4
RIMI: Armi l-SRD jekk ġie suġġett għal forzi ta' twaqqif ta' waqgħa mill-għoli jew jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni
mhux sigura jew difettuża. Qabel ma tarmi l-SRD, aqta' l-linja tas-salvataġġ minn nofs jew inkella ddiżattiva l-SRD biex
telimina l-possibilità ta' użu mill-ġdid involontarju.
7.0 Tikketti
Figura 22 turi t-tikketti fuq l-Apparati li Jinġibdu Lura Fuqhom Infushom u fejn jinsabu. It-tikketti kollha jridu jkunu preżenti
fuq l-SRD. It-tikketti jridu jiġu mibdula jekk mhumiex f'kundizzjoni li jistgħu jinqraw tajjeb. Il-pittogrammi fuq it-tikketti huma
definiti kif ġej:
Spezzjona s-Snap Hook u l-Indikatur tal-Impatt
1
Spezzjona l-Azzjoni tal-Illokkjar tal-SRL
2
Il-Mod Korrett kif Tqabbad SRL ma' Irbit tas-Sikurezza
3
Mhux iċċertifikat għal truf bil-ponta jew li jaqtgħu. Jista' jiġi mqabbad ma' punt tal-ankraġġ fuq, taħt, jew fl-istess livell mad-D-ring dorsali
4
(massimu ta' 140 kg).
Medda ta' Temperatura waqt l-Użu -40°C – +60°C
5
Kapaċità Massima 140 kg
6
Dejjem Ħalli l-Linja tas-Salvataġġ Tinġibed Lura Ġol-SRL Taħt Kontroll
7
M'għandekx Issewwi
8
Aħżen f'post frisk u xott, 'il bogħod minn raġġi tax-xemx diretti.
9
Tgħabbix fuq Tarf
10
Tneħħix it-Tikketta
11
195

Publicité

loading