Télécharger Imprimer la page

3M DBI-SALA Nano-Lok 3101207 Mode D'emploi page 188

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 96
INFORMAZZJONI DWAR IS-SIGURTÀ
MT
Jekk jogħġbok aqra, ifhem, u segwi l-informazzjoni kollha dwar is-sigurtà li tinsab f'dawn l-istruzzjonijiet qabel l-użu ta' dan l-Apparat
li Jinġibed Lura Fuqu Nnifsu (SRD, Self-Retracting Device) JEKK TONQOS LI TAGĦMEL HEKK, DAN JISTA' JIRRIŻULTA F'KORRIMENT
SERJU JEW MEWT.
Dawn l-istruzzjonijiet iridu jiġu pprovduti lill-utent ta' dan it-tagħmir. Żomm dawn l-istruzzjonijiet biex tkun tista' tirreferi għalihom fil-
futur.
Użu Intenzjonat:
Dan l-Apparat li Jinġibed Lura Fuqu Nnifsu huwa intenzjonat li jintuża bħala parti minn sistema kompluta ta' protezzjoni kontra waqgħa personali.
L-użu fi kwalunkwe applikazzjoni oħra. inklużi, iżda mhux limitati għal, immaniġġjar ta' materjal, attivitajiet rikreazzjonali jew relatati mal-isport, jew
attivitajiet oħra mhux deskritti fl-Istruzzjonijiet għall-Utent, mhuwiex approvat minn 3M u jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt.
Dan it-tagħmir għandu jintuża biss minn utenti mħarrġa f'applikazzjonijiet fuq il-post tax-xogħol.
!
TWISSIJA
Dan l-Apparat li Jinġibed Lura Fuqu Nnifsu huwa parti minn sistema ta' protezzjoni kontra waqgħa personali. Huwa mistenni li l-utenti kollha jkunu
mħarrġa b'mod sħiħ fl-installazzjoni u l-operazzjoni siguri tas-sistemi ta' protezzjoni kontra waqgħa personali tagħhom. L-użu ħażin ta' dan it-
tagħmir jista' jirriżulta f'korriment serju jew mewt. Għal għażla, operazzjoni, installazzjoni, manutenzjoni, u servizz kif suppost, irreferi għal dawn
l-Istruzzjonijiet għall-Utent li jinkludu r-rakkomandazzjonijiet kollha tal-manifattur, kellem lis-superviżur tiegħek, jew ikkuntattja lis-Servizzi Tekniċi ta' 3M.
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol b'SRD li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu għal korriment serju jew mewt:
-
Qabel kull użu, spezzjona l-SRD u ċċekkja li qed jissakkar u jinġibed lura fuqu nnifsu kif suppost.
-
Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi t-tagħmir mis-servizz u sewwih jew ibdlu skont l-Istruzzjonijiet għall-
Utent.
-
Jekk l-SRD ġie soġġett għal twaqqif ta' waqgħa mill-għoli jew forza tal-impatt, neħħi l-SRD immedjatament mis-servizz u mmarka l-apparat
b'tikketta 'MA JISTAX JINTUŻA'.
-
Żgura li l-linja tas-salvataġġ tinżamm ħielsa minn kull ostaklu inkluż, iżda mhux limitat għal; tħabbil ma' makkinarju jew tagħmir li jiċċaqalqu
(eż., il-magna fil-quċċata (top drive) tar-riggijiet taż-żejt), ħaddiema oħra, inti stess, oġġetti fil-madwar, jew impatt minn oġġetti li jkunu
jinsabu 'l fuq mir-ras li jistgħu jaqgħu fuq il-linja tas-salvataġġ jew fuq il-ħaddiem.
-
Qatt tħalli partijiet tal-ħabel imdendla fil-linja tas-salvataġġ. Torbotx jew tgħaqqadx il-linja tas-salvataġġ.
-
Orbot is-sieq/saqajn mhux użata/i tal-SRD Immuntat fuq l-Irbit tas-Sikurezza mal-parti/jiet tal-irbit tal-ipparkjar fuq l-irbit tas-sikurezza jekk
huwa mgħammar.
-
Tużax f'applikazzjonijiet li jkollhom passaġġ għall-waqgħa ostakolat. Ħidma fuq materjali li jitħarrku bil-mod, bħalma hu ramel jew qamħ, jew
fi spazji magħluqa jew iffullati, tista' ttellef lill-ħaddiem milli jilħaq biżżejjed veloċità biex iġġiegħel lill-SRD biex jillokkja. Huwa meħtieġ passaġġ
miftuħ biex jiġi assigurat l-illokkjar pożittiv tal-SRD.
-
Evita movimenti għall-għarrieda jew rapidi matul operazzjoni tax-xogħol normali. Dan jista' jikakwża lill-apparat biex jillokkja.
-
Żgura li s-sistemi/subsistemi ta' protezzjoni kontra waqgħa immuntati minn komponenti magħmula minn manifatturi differenti huma
kompatibbli u jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-istandards applikabbli, inkluż ANSI Z359 jew kodiċi, standards, jew rekwiżiti tal-protezzjoni kontra
waqgħa oħrajn applikabbli. Dejjem ikkonsulta Persuna Kompetenti u/jew Ikkwalifikata qabel tuża dawn is-sistemi.
Biex tnaqqas ir-riskji assoċjati max-xogħol fl-għoli li, jekk ma jiġux evitati, jistgħu jwasslu għal korriment serju jew mewt:
-
Żgura li saħħtek u l-kundizzjoni fiżika tiegħek jippermettulek tissaporti b'mod sigur il-forzi kollha assoċjati max-xogħol fl-għoli. Ikkonsulta lit-
tabib tiegħek jekk għandek xi mistoqsijiet rigward il-kapaċità tiegħek li tuża dan it-tagħmir.
-
Qatt taqbeż il-kapaċità permessa tat-tagħmir ta' protezzjoni tiegħek kontra waqgħa.
-
Qatt taqbeż id-distanza ta' waqgħa mingħajr kontroll (free fall) massima tat-tagħmir ta' protezzjoni tiegħek kontra waqgħa.
-
Tuża l-ebda tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa li ma jgħaddix mill-ispezzjoni ta' qabel l-użu jew spezzjonijiet skedati oħra, jew jekk għandek
tħassib dwar l-użu jew l-adegwatezza tat-tagħmir għall-applikazzjoni tiegħek. Ikkuntattja lis-Servizzi Tekniċi ta' 3M bi kwalunkwe mistoqsijiet li
għandek.
-
Xi kombinazzjonijiet ta' subsistemi u komponenti jistgħu jinterferixxu mal-operazzjoni ta' dan it-tagħmir. Uża konnessjonijiet kompatibbli biss.
Ikkonsulta lil 3M qabel tuża dan it-tagħmir flimkien ma' komponenti jew subsistemi oħrajn li mhumiex deskritti fl-Istruzzjonijiet għall-Utent.
-
Ħu prekawzjonijiet żejda meta taħdem madwar makkinarju li jiċċaqlaq (eż. top drive ta' riggijiet taż-żejt), perikli elettriċi, temperaturi estremi,
perikli kimiċi, gassijiet splussivi jew tossiċi, truf jaqtgħu jew bil-ponta, jew taħt materjali fuq rasek li jistgħu jaqgħu fuqek jew fuq it-tagħmir ta'
protezzjoni kontra waqgħa tiegħek.
-
Uża apparati ta' Arc Flash jew Hot Works meta taħdem f'ambjenti b'ħafna sħana.
-
Evita wċuħ u oġġetti li jistgħu jagħmlu ħsara lill-utent jew lit-tagħmir.
-
Żgura li hemm distanza adegwata tal-waqgħa biex jaħdem it-tagħmir meta tkun qed taħdem fl-għoli.
-
Qatt timmodifika jew tagħmel tibdiliet fit-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa tiegħek. 3M jew partijiet awtorizzati bil-miktub minn 3M biss
jistgħu jagħmlu xogħol ta' tiswija fuq dan l-apparat.
-
Qabel l-użu tat-tagħmir ta' protezzjoni kontra waqgħa, żgura li hemm fis-seħħ pjan ta' salvataġġ li jippermetti li wieħed jiġi salvat malajr jekk
iseħħ inċident ta' waqgħa.
-
Jekk iseħħ inċident ta' waqgħa, ikseb attenzjoni medika immedjatament għall-ħaddiem li waqa'.
-
Tużax ċineġ tal-irbit għall-ġisem għal applikazzjonijiet ta' waqfien ta' waqgħa. Uża biss Irbit tas-Sikurezza għall-Ġisem Kollu.
-
Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ.
-
Jekk qed tagħmel taħriġ b'dan l-apparat, għandha tintuża sistema sekondarja ta' protezzjoni kontra waqgħa b'mod li ma jesponix lil min qed
jitħarreġ għal periklu ta' waqgħa mhux intenzjonata.
-
Dejjem ilbes tagħmir protettiv personali xieraq meta tinstalla, tuża, jew tispezzjona t-tagħmir/is-sistema.
188
SIT 5908239 Rev. C

Publicité

loading