Télécharger Imprimer la page

3M DBI-SALA Nano-Lok 3101207 Mode D'emploi page 192

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 96
3.0 Installazzjoni
3.1
IPPJANAR: Ippjana s-sistema tiegħek għall-protezzjoni kontra l-waqgħat qabel tibda x-xogħol tiegħek. Ikkunsidra
l-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra l-ħtiġijiet u l-limitazzjonijiet
kollha kif definiti f'Sezzjoni 2.
;
F'bosta applikazzjonijiet, in-Nano-Lok SRD jista' jiġi mqabbad mal-ankraġġ jew mal-post Dorsali tal-irbit tas-
sikurezza. Iż-żewġ orjentazzjonijiet huma permessi, ħlief kif deskritt f'Sezzjoni 4.
3.2
ANKRAĠĠ: Figura 7 turi konnessjonijiet tal-ankraġġ tal-SRD tipiċi. Agħżel post ta' ankraġġ b'riskji minimi ta' waqgħat
liberi u waqgħat bi tbandil (ara Sezzjoni 1). Agħżel punt ta' ankraġġ riġidu kapaċi li jiflaħ it-tagħbijiet statiċi speċifikati
f'Sezzjoni 1. Fejn l-ankraġġ 'il fuq mil-livell tar-ras ma jkunx fattibbli, in-Nano-Lok SRDs jista' jiġu marbuta b'mod sigur
ma' punt tal-ankraġġ taħt il-livell tad-D-Ring Dorsali tal-utent. Għal utenti li jiżnu sa 140 kg (310 libbri), il-punt tal-
ankraġġ ma jridx ikun aktar minn 5 piedi (1.5 m) taħt id-D-Ring Dorsali.
3.3
IMMUNTAR TAL-IRBIT TAS-SIKUREZZA: Xi mudelli tal-SRD jinkludu Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza ta' SRD Wieħed
jew Żewġ SRDs għall-immuntar tal-SRD(s) fuq Irbit tas-Sikurezza li Jkopri l-Ġisem Sħiħ eżatt taħt id-D-Ring Dorsali:
;
Xi Rbit tas-Sikurezza li Jkopru l-Ġisem Sħiħ huma mgħammra b'Link tal-SRD Personali (PSRL Link) li jikkombina
d-D-Ring Dorsali mal-elementi tal-irbit għal Apparati li Jinġibdu Lura Fuqhom Infushom li Jkunu Mmuntati fuq l-Irbit
tas-Sikurezza (Figura 8). Huwa wkoll aċċettabbli li wieħed iqabbad l-SRD mad-D-Ring Dorsali tal-Irbit tas-Sikurezza
b'Carabiner jew Snaphook.
Immuntar ta' SRD Wieħed fuq l-Irbit tas-Sikurezza: Meta l-mobilità tal-ħaddiem tkun kritika, l-Interfaċċja tal-
SRD tal-Irbit tas-Sikurezza tista' tintuża biex jiġi mmuntat l-SRD fuq in-naħa ta' wara tal-Irbit tas-Sikurezza li Jkopri
l-Ġisem Sħiħ eżatt taħt id-D-Ring Dorsali (ara Figura 9). Il-ħaddiem jista' mbagħad jaqbad ma' diversi punti tal-
ankraġġ li jinsabu fuq il-post permezz tat-Tarf tal-Lanyard tal-SRD mingħajr ma jkollu għalfejn joqgħod ripetutament
jinstalla l-SRD mill-ġdid. Biex timmonta l-SRD fuq Irbit tas-Sikurezza li Jkopri l-Ġisem Sħiħ mal-Interfaċċja tal-SRD
tal-Irbit tas-Sikurezza:
1. Ħoll iċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Irbit tas-Sikurezza: Iġbed fuq iċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza (A)
minn fejn jgħaddu mill-parti t'isfel tad-D-Ring Dorsali (B) sakemm ikun hemm biżżejjed spazju biex jgħaddi
l-SRD tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza minn bejn iċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza u l-Pad tad-D-Ring.
2. Iftaħ l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza: Imbotta l-Buttuni li Jillokkjaw (C) 'l isfel fl-istess ħin u oħroġ il-Pin
li Jillokkja (D) 'l barra.
3. Ippożizzjona l-SRD fuq l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza: Daħħal il-bieba miftuħa fuq l-Interfaċċja tal-
Irbit tas-Sikurezza minn ġos-Swivel Eye fuq l-SRD (E). Għaddi l-Interfaċċja minn ġos-Swivel Eyes sabiex l-SRD
ikun imdendel mis-sinsla tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza (F).
4. Ippożizzjona l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza madwar iċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza:
Ippożizzjona l-bieba miftuħa tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza madwar iċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza
maħlula (A).
5. Agħlaq l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza: Imbotta l-Pin li Jillokkja tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza
(D) minn ġoċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza (A) maħlula sakemm jillokkja f'postu fit-tarf oppost tal-Interfaċċja
tal-Irbit tas-Sikurezza. Iġbed lura ċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza minn ġod-D-Ring Dorsali u l-Pad ta' Wara
biex tqiegħed l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza b'md sigur.
;
L-Istrixxa Ħamra fuq it-tarf tal-pum tal-Pin li Jillokkja tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza tkun esposta
jekk l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza ma tkunx imsakkra. Biex tevita li l-konnessjoni tinħall b'mod
aċċidentali, żgura li l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza tkun illokkjata qabel ma tuża l-Irbit tas-Sikurezza u
l-SRD imwaħħal. In-nuqqas li jsir dan jista' jirriżulta f'korriment jew mewt.
Immuntar ta' Żewġ SRDs tal-Irbit tas-Sikurezza: F'applikazzjonijiet tat-tixbit fejn ikun meħtieġ 100% irbit
b'għoqda, l-SRD tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza jista' jintuża biex jiġu mmuntati żewġ SRDs ħdejn xulxin fuq
wara tal-Irbit tas-Sikurezza li Jkopri l-Ġisem Sħiħ eżatt taħt id-D-Ring Dorsali (ara Figura 9). Biex timmonta żewġ
SRDs fuq Irbit tas-Sikurezza li Jkopri l-Ġisem Sħiħ mal-SRD tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza:
1. Ħoll iċ-Ċinturin tas-Sikurezza tal-Irbit tas-Sikurezza: Iġbed fuq iċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza (A)
minn fejn jgħaddu mill-parti t'isfel tad-D-Ring Dorsali (B) sakemm ikun hemm biżżejjed spazju biex tgħaddi
l-SRD tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza minn bejn iċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza u l-Pad tad-D-Ring.
2. Iftaħ l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza: Imbotta l-Buttuni li Jillokkjaw (C) 'l isfel fl-istess ħin u oħroġ il-Pin
li Jillokkja (D) 'l barra.
3. Ippożizzjona l-SRDs fuq l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza: Daħħal il-bieba miftuħa fuq l-Interfaċċja
tal-Irbit tas-Sikurezza minn ġos-Swivel Eye fuq kull SRD (E). Għaddi l-Interfaċċja minn ġos-Swivel Eyes sabiex
l-SRDs ikunu mdendla mis-sinsla tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza (F).
4. Ippożizjona l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza madwar iċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza:
Ippożizzjona l-bieba miftuħa tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza madwar iċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza
maħlula (A).
5. Agħlaq l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza: Imbotta l-Pin li Jillokkja tal-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza
(D) minn ġoċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza (A) maħlula sakemm jillokkja f'postu fit-tarf oppost tal-Interfaċċja
tal-Irbit tas-Sikurezza. Iġbed lura ċ-Ċineg taċ-Ċinturin tas-Sikurezza minn ġod-D-Ring Dorsali u l-Pad ta' Wara
biex tqiegħed l-Interfaċċja tal-Irbit tas-Sikurezza b'mod sigur.

192

Publicité

loading