1.0 APPLIKAZZJONIJIET
1.1
SKOP: L-Apparati li Jinġibdu Lura Fuqhom Infushom (SRDs, Self-Retracting Devices) huma ddisinjati biex ikunu komponent
f'sistema ta' protezzjoni personali għat-twaqqif ta' waqgħa mill-għoli (PFAS, personal fall arrest system). Figura 1 turi l-SRDs
koperti minn dan il-manwal tal-istruzzjoni. Jistgħu jiġu użati fil-biċċa l-kbira tas-sitwazzjonijiet fejn il-kombinazzjoni tal-mobilità
tal-ħaddiem u l-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli tkun meħtieġa (jiġifieri xogħol ta' spezzjoni, kostruzzjoni ġenerali, xogħol
ta' manutenzjoni, produzzjoni taż-żejt, xogħol fi spazju żgħir, eċċ).
1.2
STANDARDS: L-SRD tiegħek huwa konformi mal-istandard(s) nazzjonali jew reġjonali identifikati fuq il-paġna ta' quddiem ta'
dawn l-istruzzjonijiet. Irreferi għar-rekwiżiti lokali, tal-istat, u federali (OSHA, Occupational Safety and Health Administration
- Amministrazzjoni tas-Sigurtà u s-Saħħa fuq il-Post tax-Xogħol) li jirregolaw is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal aktar
informazzjoni dwar il-Protezzjoni Personali Kontra Waqgħa mill-Għoli.
1.3
TAĦRIĠ: Dan it-tagħmir huwa intenzjonat li jintuża minn persuni mħarrġa fl-applikazzjoni korretta u l-użu tiegħu. Hija
responsabbiltà tal-utenti li jassiguraw li huma familjari ma' dawn l-istruzzjonijiet u li huma mħarrġa fil-ħarsien u l-użu korretti
kif suppost ta' dan it-tagħmir. L-utenti għandhom ukoll ikunu konxji mill-karatteristiċi operazzjonali, il-limiti tal-applikazzjoni, u
l-konsegwenzi ta' użu mhux xieraq.
1.4
LIMITAZZJONIJIET: Dejjem ikkunsidra l-limitazzjonijiet li ġejjin meta tkun qed tinstalla jew tuża dan it-tagħmir:
•
Kapaċità: L-SRDs qegħdin għall-użu minn persuna waħda li jkollha piż totali (ilbies, għodda, eċċ.) li jilħaq il-Firxa tal-
Kapaċità speċifikata f'Tabella 1. Żgura li l-komponenti kollha fis-sistema tiegħek huma kklassifikati għal kapaċità xierqa
għall-applikazzjoni tiegħek.
•
Ankraġġ: L-istruttura tal-ankraġġ għall-SRD trid tkun kapaċi tiflaħ għal tagħbijiet li jaslu sa 12 kN
(2,697 libbra). L-apparati ta' ankraġġ iridu jkunu konformi ma' EN795 jew ma' standards tal-konnettur tal-ankraġġ oħra
li huma applikabbli.
•
Veloċità biex Jillokkja:Għandhom jiġu evitati sitwazzjonijiet li ma jagħtux lok għall-passaġġ ta' waqgħa mingħajr
ostakli. Ħidma fi spazji magħluqa jew dojoq, jew fuq wiċċ imżerżaq, tista' ttellef milli l-ġisem jilħaq biżżejjed veloċità biex
iġġiegħel lill-SRD jillokkja jekk ikun hemm waqgħa. Ħidma fuq materjali li jitħarrku bil-mod, bħalma hu ramel jew qamħ,
tista' ttellef milli jkun hemm żieda tal-veloċità biex iġġiegħel lill-SRD jillokkja. Huwa meħtieġ passaġġ miftuħ biex jiġi
assigurat l-illokkjar pożittiv tal-SRD.
•
Waqgħa Mingħajr Kontroll (Free Fall): Meta jkunu ankrati fuq ras dak li jkun, l-SRDs jillimitaw id-distanza ta' waqgħa
mingħajr kontroll (free fall) għal 0.6 m (2 piedi)
jiġi ankrat eżatt fuq il-livell ta' fejn isir ix-xogħol. M'għandek qatt tqabbad l-SRD ma' punt ta' ankraġġ li joħloq waqgħa
mingħajr kontroll ta' aktar minn 1.5 m (5 piedi). Evita li taħdem fejn il-linja tas-salvataġġ tiegħek tista' taħbat ma', jew
titħabbel ma' linja tas-salvataġġ ta' ħaddiem ieħor. Evita li taħdem f'post fejn jista' jaqa' oġġett u jaħbat mal-linja tas-
salvataġġ, li jwassal għal telf ta' bilanċ jew ħsara lil-linja tas-salvataġġ. Tħallix li l-linja tas-salvataġġ tgħaddi taħt id-
dirgħajn jew bejn is-saqajn. M'għandek qatt tikklampja, tgħaqqad, jew tipprevjeni lil-linja tas-salvataġġ milli tinġibed lura
jew tkun stirata. Evita li jkun hemm partijiet imdendla fil-ħabel. M'għandekx ittawwal l-SRDs billi tqabbad lanyard
jew komponent simili mingħajr ma tikkonsulta lil 3M.
•
Waqgħat bi Tbandil (Swing Falls): Il-Waqgħat bi Tbandil (Swing Falls) iseħħu meta l-punt ta' ankraġġ ma jkunx
direttament fuq il-punt fejn isseħħ il-waqgħa. Il-forza tad-daqqa ma' oġġett waqt waqgħa bi tbandil (swing fall) tista'
tikkawża korriment serju (ara Figura 3A). Imminimizza l-waqgħat bi tbandil (swing falls) billi taħdem kemm jista' jkun
direttament taħt il-punt ta' ankraġġ (Figura 3B). Jekk taħdem 'il bogħod mill-punt ta' ankraġġ (Figura 3C) ser tkun qed
iżżid l-impatt ta' waqgħa bi tbandil (swing fall) u żżid l-Ispazju għall-Waqgħa (FC, Fall Clearance) meħtieġ.
•
Spazju għall-Waqgħa (Fall Clearance): Figura 3B turi l-Kalkolu tal-Ispazju għall-Waqgħa (Fall Clearance). L-Ispazju għall-
Waqgħa (FC, Fall Clearance) hija t-total ta' Waqgħa Mingħajr Kontroll (Free Fall), Distanza tad-Deċellerazzjoni (DD, Deceleration
Distance) u Fattur tas-Sigurtà (SF, Safety Factor): FC = FF +DD + SF. Id-D-Ring Slide u l-Harness Stretch (Kemm jinġibed
l-Irbit tas-Sikurezza) huma inklużi fil-Fattur tas-Sigurtà. Il-valuri tal-Ispazju għall-Waqgħa (Fall Clearance) ġew ikkalkulati u
huma rrappreżentati f'ċart f'Figura 4. Intuża Fattur tas-Sigurtà ta' 1 m (3.28 piedi) għall-valuri kollha f'Figura 4.
Figura 4 turi l-Ispazju għall-Waqgħa (FC, Fall Clearance) ibbażat fuq id-distanza Orizzontali (H, Horizontal) u Vertikali (V, Vertical)
bejn il-konnessjoni tas-SRD dorsali u l-punt ta' ankraġġ. Kull linja tal-grilja orizzontali fuq iċ-ċart(s) tirrappreżenta d-distanza
vertiali mill-punt ta' ankraġġ. Kull linja tal-grilja vertikali tirrappreżenta d-distanza orizzontali mill-punt ta' ankraġġ. Il-valur
tal-Ispazju għall-Waqgħa (FC, Fall Clearance) huwa ddeterminat miż-żona (linji paraboliċi) fejn il-linji tal-grilja Orizzontali (H,
Horizontal) u Vertikali (V, Vertical) jaqsmu 'l xulxin. L-eżempju f'Figura 4 juri kif wieħed għandu jiddetermina l-valur tal-Ispazju
għall-Waqgħa (Fall Clearance) meħtieġ għad-distanzi Vertikali (V, Vertical) u Orizzontali (H, Horizontal) iddikjarati.
;
Punti ta' Ankraġġ Varjabbli: L-Ispazji għall-Waqgħa (Fall Clearances) f'Figura 4 huma bbażati fuq punt ta'
ankraġġ sod u li ma jitħarrikx. Jekk isir ankraġġ ma' Linja tas-Salvataġġ Orizzontali (HLL, Horizontal Lifeline) jew
punt ta' ankraġġ li jista' jiċċaqlaq, jiżżerżaq, jew jiddeforma matul waqgħa mill-għoli, il-valuri tal-Ispazju għall-
Waqgħa (Fall Clearance) ta' Figura 4 ma jkunux japplikaw. Irreferi għall-istruzzjonijiet għall-HLL jew għall-ankraġġ
għal aktar dettalji rigward l-ispazji għall-waqgħa meħtieġa, id-deflessjonijiet, u/jew deformazzjoni.
;
Meta Wieħed Joqgħod Għarkopptejh jew Kokka: Iċ-Ċarts tal-Ispazju għall-Waqgħa f'Figura 4 qed
jassumu li l-ħaddiem ikun f'pożizzjoni bilwieqfa. Jekk il-ħaddiem ikun qiegħed għarkopptejh jew kokka, huma
meħtieġa 0.9 m (3 piedi) aktar ta' Spazju għall-Waqgħa (Fall Clearance).
;
M'għandek qatt tankra taħt is-saqajn: M'għandek qatt tqabbad ma' punt ta' ankraġġ taħt saqajk.
•
Perikli: L-użu ta' dan it-tagħmir f'żoni fejn hemm perikli fil-madwar jista' jkun li jeżiġi prekawzjonijiet addizzjonali biex
titnaqqas il-possibilità ta' korriment lill-utent jew ħsara lit-tagħmir. Il-perikli jistgħu jinkludu, iżda mhumiex limitati għal:
ħafna sħana, kimiċi kawstiċi, ambjenti korrużivi, linji tal-elettriku b'vultaġġ għoli, gassijiet splussivi jew tossiċi, makkinarju
li jitħarrek, jew materjali li jkunu aktar 'il fuq li jistgħu jaqgħu u jagħmlu kuntatt mal-utent jew mas-sistema ta' twaqqif ta'
waqgħa mill-għoli. Evita li taħdem fejn il-linja tas-salvataġġ tiegħek tista' taħbat ma' jew titħabbel ma' linja tas-salvataġġ
ta' ħaddiem ieħor. Evita li taħdem f'post fejn jista' jaqa' oġġett u jaħbat mal-linja tas-salvataġġ; li jwassal għal telf ta'
bilanċ jew ħsara lil-linja tas-salvataġġ. Tħallix li l-linja tas-salvataġġ tgħaddi taħt id-dirgħajn jew bejn is-saqajn.
•
Truf bil-Ponta jew li Jaqtgħu: Truf bil-ponta jew li jaqtgħu li tista' tiġi f'kuntatt magħhom il-linja tas-salvataġġ ta' SRD
matul waqgħa jrid ikollhom radjus minimu ta' 0.3 cm (0.125 pulzieri). Fejn ma jkunx jista' jiġi evitat kuntatt ma' tarf bil-
ponta jew li jaqta', għatti t-tarf b'materjal protettiv.
1 Waqgħa Mingħajr Kontroll (Free Fall): L-applikazzjoni kif suppost tal-SRD, u jekk l-utent ikun qed jaħdem eżatt taħt il-punt ta' ankraġġ u ma jkunx hemm partijiet
tal-ħabel imdendla fil-linja tas-salvataġġ, telimina l-Waqgħa Mingħajr Kontroll (Free Fall) Ara Figura 4 għal postijiet tal-ankraġġ aċċettabbli.
. Biex wieħed jevita li d-distanzi tal-waqgħa jiżdiedu, l-SRD għandu
1
190