3.0
INSTALLAZZJONI
3.1
IPPJANAR: Ippjana s-sistema tiegħek għall-protezzjoni kontra l-waqgħat qabel tibda x-xogħol tiegħek. Ikkunsidra
l-fatturi kollha li jistgħu jaffettwaw is-sigurtà tiegħek qabel, waqt u wara waqgħa. Ikkunsidra l-ħtiġijiet u
l-limitazzjonijiet kollha kif speċifikati fl-1 Taqsima.
3.2
KONNESSJONI GĦALL-APPOĠĠ TAL-ĠISEM: Irbit / Lanyard għall-Ippożizzjonar tax-Xogħol irid jintuża ma' Arneżi
ta' mal-Ġisem Kollu jew Ċinturin ta' mal-Ġisem. Għal applikazzjonijiet tal-Irbit, qabbad il-Lanyard mal-Element tal-
Aċċessorji (D-Ring) xieraq fuq l-arneżi jew fuq iċ-ċinturin (ara l-Figura 7). Irreferi mal-istruzzjonijiet inklużi mal-arneżi
jew iċ-ċinturin tiegħek għal applikazzjonijiet oħra għall-protezzjoni mill-waqgħat u l-konnessjonijiet rakkomandati.
4.0
OPERAT
;
L-utenti li qed jużaw il-Lanyards (Lanyards) għall-ewwel darba jew dawk li ma tantx jużawhom għandhom
jaqraw l-"Informazzjoni dwar is-Sigurtà" fil-bidu ta' dan il-Manwali qabel jużaw il-Lanyard.
4.1
SPEZZJONI MILL-ĦADDIEM: Qabel kull użu, ispezzjona l-Lanyard skont il-lista ta' kontroll tal-ispezzjoni fir-
Reġistru tal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2). Jekk l-ispezzjoni tiżvela kundizzjoni mhux sigura jew tindika li
l-Lanyard kien soġġett għal xi ħsarat jew forzi ta' waqgħat, il-Lanyard irid jitneħħa mis-servizz u jinqered.
4.2
WARA WAQGĦA: Kull Lanyard li kien soġġett għall-forzi biex iwaqqfu waqgħa jew juri ħsarat konsistenti mal-effetti
ta' forzi biex iwaqqfu waqgħa kif deskritt fir-Reġistru tal-Installazzjoni u l-Manutenzjoni (Skeda 2) irid jitneħħa mis-
servizz minnufih u jinqered.
5.0
SPEZZJONI
5.1
TIKKETTA TAL-RFID: Il-Lanyard jinkludi tikketta tal-Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID) (ara
l-Figura 17). It-tikketta tal-RFID tista' tintuża ma' apparat tal-qari li jinżamm fl-idejn u portal ibbażat fuq il-web
biex tissimplifika l-ispezzjoni u l-kontroll tal-inventarju u tipprovdi rekords għat-tagħmir tiegħek għall-protezzjoni
mill-waqgħat. Għad-dettalji, ikkuntattja rappreżentant tas-Servizz tal-Klijent ta' 3M (ara l-qoxra ta' wara). Segwi
l-istruzzjonijiet ipprovduti mal-apparat tal-qari li jinżamm fl-idejn, jew fuq il-portal tal-web, biex titrasferixxi d-dejta
tiegħek għal fuq ir-reġistru tal-web tiegħek.
5.2
FREKWENZA TA' SPEZZJONI:Il-Lanyard għandu jiġi spezzjonat f'intervalli kif speċifikat fit-Taqsima 2. Il-proċeduri
tal-ispezzjoni huma spjegati fir- "Reġistru taal-Ispezzjoni u l-Manutenzjoni" (Skeda 2) .
;
Kundizzjonijiet tax-xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista' jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta'
spezzjonijiet.
5.2
KUNDIZZJONIJIET MHUX SIGURI JEW DIFETTUŻI: Jekk l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża,
neħħi l-Lanyard mis-servizz minnufih u eqirdu biex tipprevjeni l-użu involontarju. Il-lanyards ma jissewwewx.
5.3
ĦAJJA TAL-PRODOTT: Il-ħajja funzjonali tal-Lanyards 3M hija determinata mill-kundizzjonijiet tax-xogħol u
l-manutenzjoni. Il-perjodu ta' ħajja massima tista' tvarja minn sena għall-użu gravi f'kundizzjonijiet estremi sa 10
snin għall-użu ħafif f'kundizzjonijiet ħfief. Sakemm il-prodott jgħaddi mill-kriterji tal-ispezzjonijiet, jista' jibqa' jintuża
fix-xogħol sa massimu ta' 10 snin.
6.0 MANUTENZJONI, SERVIZZ, U ĦAŻNA
;
Tnaddafx u tiddiżinfettax il-Lanyards b'xi metodu ieħor minbarra dak speċifikat fl-"Istruzzjonijiet tat-Tindif" li
ġejjin. Metodi oħra jistgħu jħallu effetti ħżiena fuq il-Lanyards jew l-utent.
6.1
TINDIF: Il-proċeduri tat-tindif għal-Lanyard huma kif ġej:
•
Naddaf perjodikament in-naħa ta' barra tal-Lanyard bl-użu tal-ilma u soluzzjoni bi ftit sapun. It-temperatura
tal-ilma m'għandhiex taqbeż l-40 °C (104 °F). Ippożizzjona l-Lanyard b'tali mod biex jitlaq l-ilma żejjed. Tużax
dry-cleaning. Tgħaddix bil-ħadida tal-mogħdija. Naddaf it-tikketti kif meħtieġ.
•
Laħlaħ u nixxef sew bl-arja. Tipprovax tnixxef malajr bl-użu tas-sħana.
;
Uża deterġent mingħajr bliċ meta tnaddaf il-Lanyards. M'GĦANDHOMX jintużaw aġenti għat-trattib tad-
drapp jew kartaxugi meta tnaddaf u tnixxef il- Lanyards
6.2
SERVIZZ: Il-lanyards ma jissewwewx. Jekk il-Lanyard kien soġġett għal xi ħsarat jew forzi ta' waqgħat, jew
l-ispezzjoni tikxef kundizzjoni mhux sigura jew difettuża, neħħi l-Lanyard mis-servizz u armih.
6.3
ĦAŻNA/TRASPORT: Aħżen u ttrasporta l-Lanyards f'ambjent frisk, niexef, nadif u mhux fid-dawl tax-xemx diretta.
Evita spazji fejn jista' jkun hemm fwar ta' sustanzi kimiċi. Spezzjona l-Lanyards bir-reqqa wara kull perjodu ta' ħażna
fit-tul.
136