1.0
APPLIKAZZJONIJIET
1.1
SKOP: Il-lanyards huma ddisinjati biex iservu bħala komponent ġo sistema li twaqqaf waqgħa ta' persuna mill-għoli
(Personal Fall Arrest System - ara Figura 2). Skont it-tip tagħhom, jistgħu jxejnu l-enerġija ta' waqgħa, jillimitaw
il-forzi ta' waqgħa li jiġu trasferuti fuq il-ġisem, jew jiġu wżati waqt l-ippożizzjonar u t-trażżin fuq il-post tax-xogħol.
Figura 1 tidentifika l-mudelli ta' Lanyards koperti minn dan il-manwal ta' struzzjoni. Jistgħu jiġu wżati fil-biċċa l-kbira
tas- sitwazzjonijiet fejn il-kombinazzjoni tal-mobilità tal-ħaddiem u l-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli tkun meħtieġa
(jiġifieri xogħol ta' spezzjoni, kostruzzjoni ġenerali, xogħol ta' manutenzjoni, produzzjoni taż-żejt, xogħol fi spazju żgħir,
eċċ).
1.2
STANDARDS: Il-Lanyard tiegħek huwa konformi mal-istandard(s) nazzjonali jew reġjonali identifikati fuq il-paġna ta'
quddiem ta' dawn l-istruzzjonijiet. Irreferi għar-rekwiżiti lokali li jirregolaw is-sigurtà fuq il-post tax-xogħol għal aktar
informazzjoni dwar Protezzjoni Personali Kontra Waqgħat mill-Għoli. Jekk dan il-prodott jerġa' jinbiegħ barra mill-pajjiż ta'
destinazzjoni oriġinali, il-bejjiegħ li qed jerġa' jbiegħu għandu jipprovdi dawn l-istruzzjonijiet fil-lingwa tal-pajjiż fejn se
jintuża l-prodott.
1.3
TAĦRIĠ: Dan it-tagħmir huwa intenzjonat li jintuża minn persuni mħarrġa fl-applikazzjoni korretta u l-użu tiegħu.
Hija responsabbiltà tal-utenti li jassiguraw li huma familjari ma' dawn l-istruzzjonijiet u li huma mħarrġa fil-ħarsien u
l-użu korretti kif suppost ta' dan it-tagħmir. L-utenti għandhom ukoll ikunu konxji mill-karatteristiċi operazzjonali, il-
limiti tal-applikazzjoni, u l-konsegwenzi ta' użu mhux xieraq.
1.4
REKWIŻITI: Dejjem ikkonsidra l-limitazzjonijiet li ġejjin meta tkun qed tinstalla jew tuża dan it-tagħmir:
•
Kapaċità: Il-lanyards huma għall-użu ta' persuna waħda b'piż totali (ħwejjeġ, għodda eċċ) li jkun konformi
mal-Weight Range (Medda tal-Piż) speċifikata f'Figura 1 għall-mudell tal-Lanyard. Kun żgur li l-komponenti kollha
fis-sistema huma kklassifikati għal kapaċità xierqa għall-applikazzjoni meħtieġa.
•
Ankraġġ: Ankraġġi magħżula għal sistemi li jwaqqfu waqgħa mill-għoli għandhom ikunu kapaċi jifilħu tagħbijiet
statiċi applikati fid-direzzjonijiet permessi mis-sistema sħiħa għal mill-inqas:
1.
12 kN għal ankri tal-metall jew 18kN għal ankri tat-tessuti għal ankraġġi mhux ċertifikati, jew
2.
Darbtejn daqs il-forza massima tat-twaqqif għal ankraġġi ċertifikati.
Jekk permess fuq il-bażi tat-tip tal-ankra, meta aktar minn sistema waħda ta' waqfien ta' waqgħa mill-għoli tkun
marbuta ma' ankraġġ, il-valuri tal-qawwiet kif jidhru f'(1) u (2) hawn fuq għandhom jiġu multiplikati bin-numru
ta' sistemi marbuta mal-ankraġġ.
•
Waqgħat bi Tbandil: Waqgħat bi tbandil iseħħu meta l-punt tal-ankraġġ ma jkunx direttament fuq il-punt fejn
isseħħ il-waqgħa. Il-forza tad-daqqa ma' oġġett waqt waqgħa bi tbandil tista' tikkawża korriment serju (ara
Figura 6). Imminimizza l-waqgħat bi tbandil billi taħdem kemm jista' jkun direttament taħt il-punt ta' ankraġġ.
•
Perikli: L-użu ta' dan it-tagħmir f'żoni fejn jeżistu perikli ambjentali jista' jkun li jkun jeżiġi prekawzjonijiet
addizzjonali biex tiġi mnaqqsa l-possibbiltà ta' korriment għall-utent jew ħsara lit-tagħmir. Perikli jistgħu jinkludu,
iżda mhumiex limitati għal: sħana qawwija, kimiċi kawstiċi, ambjenti korrużivi, linji tal-elettriku b'vultaġġ għoli,
splussivi jew gassijiet tossiċi, makkinarju li jiċċaqlaq, jew materjali li jkunu aktar 'il fuq li jistgħu jaqgħu u
jagħmlu kuntatt mal-utent jew mas-Sistema tal-Protezzjoni Personali għat-Twaqqif tal-Waqgħat mill-Għoli. Evita li
taħdem f'postijiet fejn il-Lanyard tiegħek jista' jkun li jiġi f'kuntatt jew jitħabbel ma' dak ta' ħaddiem ieħor. Evita
li taħdem fejn jista' jaqa' xi oġġett li jolqot il-Lanyard, b'riskju li l-lanyard jitlef il-bilanċ jew issirlu ħsara. Tħallix
il-Lanyard jgħaddi minn taħt l-idejn jew bejn is-saqajn.
2.0 UŻU
2.1
PJAN TA' PROTEZZJONI U SALVATAĠĠ MINN WAQGĦA MILL-GĦOLI: Min iħaddem għandu jkollu Pjan
ta' Protezzjoni u Salvataġġ minn Waqgħa mill-Għoli fis-seħħ. Il-pjan għandu jipprovdi linji gwida u rekwiżiti
għal programm ta' protezzjoni minn waqgħa mill-għoli amministrat minn min iħaddem, li jinkludi policies,
responsabbiltajiet u taħriġ; proċeduri ta' protezzjoni għall-ħarsien minn waqgħa mill-għoli; kif jiġu eliminati u
kkontrollati l-perikli ta' waqgħa mill-għoli; proċeduri ta' salvataġġ; investigazzjonijiet ta' inċidenti; u l-evalwazzjoni
tal-effettività tal-programm.
2.2
FREKWENZA TA' SPEZZJONI: Il-Lanyards għandhom jiġu spezzjonati mill-ħaddiem
Barra minn hekk, l-ispezzjonijiet għandhom isiru minn persuna kompetenti
xogħol estremi (ambjenti ħarxa, użu fit-tul, eċċ.) jista' jkun li jeħtieġu żieda fil-frekwenza ta' spezzjonijiet minn
persuna kompetenti. Il-persuna kompetenti għandha tiddetermina it-tul xieraq tal-intervalli ta' spezzjoni. Il-proċeduri
ta' spezzjoni huma spjegati fir-Reġistru ta' Spezzjoni u Manutenzjoni (Tabella 2). Ir-riżultati ta' kull spezzjoni minn
Persuna Kompetenti għandhom jiġu rrekordjati fir-Reġistru ta' Spezzjoni u Manutenzjoni jew irrekordjati bis-sistema ta'
Identifikazzjoni tal-Frekwenza tar-Radju (RFID).
2.3
SUPPORT GĦALL-ĠISEM: Irbit tas-sikurezza għall-ġisem kollu għandu jintuża mal-Lanyard. Il-punt ta' konnessjoni
tal-irbit tas-sikurezza irid ikun 'il fuq miċ-ċentru tal-gravità tal-utent. Ċinturin tal-ġisem (body belt) mhuwiex
awtorizzat li jintuża mal-Lanyard. Jekk isseħħ waqgħa waqt li jkun qed jintuża body belt, tista' tikkawża telqien mhux
intenzjonat jew trawma fiżika minn support tal-ġisem mhux xieraq.
2.4
KOMPATIBBILTÀ TAL-KOMPONENTI: Jekk mhux notifikat mod ieħor, it-tagħmir ta' 3M huwa maħsub għall-użu
ma' komponenti u subsistemi approvati ta' 3M biss. Sostituzzjonijiet jew tibdil li jsir b'komponenti jew subsistemi
mhux approvati jistgħu jipperikolaw il-kompatibbiltà tat-tagħmir u jistgħu jaffettwaw is-sigurtà u l-affidabbiltà tas-
sistema sħiħa.
1 Ħaddiem: Kull persuna li tiġi protetta minn waqgħa mill-għoli b'sistema ta' protezzjoni minn waqgħa mill-għoli attiva; jew, fil-każ ta'
Sistema ta' twaqqif ta' waqgħa mill-għoli; persuna li tista' taqa' mill-għoli waqt li tkun marbuta mas-sistema.
2 Persuna Kompetenti: Individwu mqabbad minn min iħaddem biex ikun responsabbli għas-superviżjoni immedjata, l-implimentazzjoni,
u l-monitoraġġ tal-programm tal-protezzjoni minn waqgħa mill-għoli amministrat minn min iħaddem, li, permezz ta' taħriġ u għarfien,
huwa kapaċi li jidentifika, jivvaluta, u jindirizza perikli eżistenti jew potenzjali ta' waqgħa mill-għoli, u li għandu l-awtorizzazzjoni ta' min
iħaddem li jieħu azzjoni korrettiva fil-pront fir-rigward ta' tali perikli.
li ma tkunx l-utent. Kundizzjonijiet ta'
2
134
kull darba qabel jużahom.
1