Thermo Scientific EK45 Mode D'emploi page 28

Masquer les pouces Voir aussi pour EK45:
Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 12
Istruzzjonijiet Essenzjali tas-Sigurtà
MT
Jekk xi waħda minn dawn l-istruzzjonijiet ma tinftihemx, irreferi għall-manwal jew ikkuntattjana
qabel ma tipproċedi.
Sigurtà: il-prodotti kollha:
DANGER
jindika sitwazzjoni perikoluża b'mod imminenti, li jekk ma tiġix evitata, se tirriżulta
f'mewt jew f'korriment serju.
WARNING
jindika sitwazzjoni potenzjalment perikoluża, li jekk ma tiġix evitata, tista' tirriżulta
f'mewt jew f'korriment serju.
CAUTION
jindika sitwazzjoni potenzjalment perikoluża, li jekk ma tiġix evitata, tista' tirriżulta
f'korriment żgħir jew moderat. Jista' jintuża wkoll biex iwissi kontra prattiċi li mhumiex siguri.
intenzjonat biex iwissi lill-utent dwar il-preżenza ta' "vultaġġ perikoluż" mhux insulat fl-enclosure taċ-
chiller. Il-qawwa tal-vultaġġ hi sinifikanti biżżejjed biex tikkostitwixxi riskju ta' xokk elettriku.
jindika l-preżenza ta' wċuh jaħarqu.
jindika biex dak li jkun jaqra l-manwal.
Tużax it-tagħmir bħala tagħmir sterili jew tagħmir li jiġi kkonnettjat mal-pazjent. Barra minn hekk, it-tagħmir
mhuwiex maħsub għall-użu f'Postijiet Perikolużi ta' Klassi I, II jew III kif definit min-National Electrical Code.
Dan it-tagħmir hu maħsub biex jintuża fuq ġewwa biss. Qatt tpoġġih f'post fejn ikun hemm sħana eċċessiva,
umdità, ventilazzjoni inadegwata, jew materjali korrużivi. Irreferi għall-manwal għall-parametri tal-operat.
Ikkonnettja t-tagħmir ma' outlet li jkun ertjat kif suppost.
Ir-refrigerants użati huma itqal mill-arja u, jekk ikun hemm tnixxija, se jissostitwixxu l-ossiġnu u jikkawżaw
li wieħed jintilef minn sensih. Kuntatt ma' refrigerant li jkun qed inixxi se jikkawża ħruq tal-ġilda. Irreferi
għas-circulator nameplate għat-tip ta' refrigerant użat u mbagħad għal US Safety Data Sheet (SDS) l-aktar
riċenti tal-manifattur, li qabel kienet magħrufa bħala MSDS, u l-EU Safety Data Sheet għal informazzjoni
addizzjonali.
Ċaqlaq it-tagħmir b'attenzjoni. Skossi għall-għarrieda jew li twaqqa' t-tagħmir, jistgħu jagħmlu ħsara lill-
komponenti tiegħu. Dejjem itfi t-tagħmir u skonnettjah minn mal-provvista tad-dawl tiegħu qabel iċċaqilqu.
EK Coolers
Qatt m'għandek tħaddem tagħmir bil-ħsara jew tagħmir li jkun qed inixxi.
Dejjem itfi t-tagħmir u skonnettjah minn mal-provvista tad-dawl tiegħu qabel iċċaqilqu.
Irreferi s-service u t-tiswijiet lill-technician ikkwalifikat.
Aħżen it-tagħmir f'medda ta' temperatura ta' -25°C sa 60°C (bl-ippakkjar), u umdità relattiva ta' <80%.
Id-dekommissjonar irid isir biss minn aġent ikkwalifikat bl-użu ta' tagħmir iċċertifikat. Ir-regolamenti
prevalenti kollha jridu jiġu segwiti.
Il-prestazzjoni tal-proċeduri tal-installazzjoni, operat, jew manutenzjoni, ħlief dawk deskritti fil-manwal,
jistgħu jirriżultaw f'sitwazzjoni perikoluża, u dan se jħassar il-garanzija tal-manifattur.
Il-cooler power cord hu t-tagħmir ta' skonnettjar elettriku; irid tkun aċċessibbli faċilment il-ħin kollu.
Kun żgur li l-electrical cords ma jiġux f'kuntatt mal-evaporator coil jew hose.
Aċċerta ruħek li l-konnessjonijiet elettriċi kollha jkunu saru qabel ma tixgħel il-cooler.
L-evaporator coil tal-cooler ma jridx jinbaram, jintlewa jew jitgħawweġ. Dan jista' jwassal għall-ħsara fl-
evaporatur coil u t-tnixxija tar-refrigeration fluid.
Kun żgur li l-ebda gassijiet tossiċi ma jiġu ġġenerati mill-fluwidu. Gassijiet li jistgħu jieħdu n-nar jistgħu
jakkumulaw fuq il-likwidu matul l-użu.
Tnaddafx iċ-chiller bis-solventi; uża biss biċċa drapp ratba u ilma.
Il-prestazzjoni tal-proċeduri tal-installazzjoni, operat, jew manutenzjoni, ħlief dawk deskritti f'dan il-manwal,
jistgħu jirriżultaw f'sitwazzjoni perikoluża, u dan se jikkawża li l-garanzija tal-manifattur ma tibqax valida.
Installazzjoni, EK Immersion Coolers:
Iċ-chiller jeħtieġ arja nadifa biex jaħdem kif suppost. L-arja tidħol minn quddiem u toħroġ minn wara.
Għaddas il-cooling coil (evaporator) tal-cooler f'bath vessel adattata. Il-coil irid ikun mgħotti kompletament
bil-likwidu, inkella se jifforma s-silġ.
Biex tixgħel il-cooler, poġġi s-circuit protector li jinsab fuq in-naħa ta' quddiem tal-cooler fil-pożizzjoni I.
Se jkun hemm dewmien ta' minn ħames sa għaxar minuti waqt li l-kompressur tal-ewwel stadju jkessaħ
il-heat exchanger biżżejjed biex jippermetti lill-kompressur tat-tieni stadju biex jistartja.
Ġaladarba t-tieni kompressur jixgħel, is-sistema ta' refriġerazzjoni se tnaqqas it-temperatura tal-likwidu
li jkessaħ fiż-żona tal-ħidma sal-inqas temperatura li tista' tinkiseb, taħt il-kundizzjonijiet eżistenti ta' heat
load.
EK45s u EK90s huma mgħammra b'automatic circuit protector li hu integrali mal-on/off switch. Il-buttuna
l-ħamra estiża tindika triggered protector. Ħalli l-EK jiksaħ, bejn wieħed u ieħor ħames minuti, qabel ma
tagħfas il-buttuna l-ħamra biex tirrisettja.

Publicité

Table des Matières
loading

Ce manuel est également adapté pour:

Ek90

Table des Matières