L-LED s-safra fiċ-ċarġer tindika li beda l-proċess tal-iċċarġjar. Meta jintemm il-
proċess tal-iċċarġjar, l-LED tinxtegħel b'kulur aħdar u jiġi attivat il-mod li jseddaq
iċ-ċarġ.
Kif ittemm il-fluss tal-arja: Il-fann għandu 3 livelli ta' fluss tal-arja: 150/200/250
Nl/ min*. Sabiex tibdel il-livell tal-fluss tal-arja, agħfas il-buttuna tal-fluss tal-arja u
għaddi mil-livelli li hemm sakemm tasal għal dak mixtieq (Stampa 11).
Kif tissostitwixxi l-filtru ewlieni u dak preliminari: Meta jiġi attivat l-allarm
tal-filtri, il-filtru preliminari jrid jiġi sostitwit (Stampa 12). Jekk jogħġbok, issorvelja
ż-żmien li jgħaddi bejn dawn l-allarmi dwar il-filtri. Dan jiqsar wara kull sostituzzjoni
tal-filtru preliminari. Jekk ikollok l-impressjoni li l-intervalli ta' sostituzzjoni qed
jiqsaru żżejjed (din hija daqsxejn suġġettiva), nissuġġerixxu li tissostitwixxi kemm
il-filtru ewlieni u kemm dak preliminari (Stampa 13).
Il-funzjoni tal-allarm
Allarm li jindika filtru misdud: Jekk l-allarm li jindika filtru misdud ikun attivat,
l-LED tinxtegħel b'kulur aħmar. Meta tkun tixtieq tissostitwixxi l-filtru ewlieni u dak
preliminari, agħfas il-buttuna Ein/Aus (On/Off) għal 2 sekondi biex titfi l-e3000. Issa
tkun tista' tibdel il-filtru. Jekk ma titfix l-e3000 waqt l-allarm, jibqa' jaħdem għal 15-il
minuta oħra u mbagħad jintefa awtomatikament.
Allarm dwar l-akkumulatur: Jekk l-allarm li jindika l-kapaċità tal-akkumulatur ikun
attivat, l-LED tinxtegħel b'kulur aħmar. Jinstema' beep kull sekonda, u l-apparat jista'
jibqa' jintuża għal madwar 30 minuta oħra. Imbagħad l-e3000 jintefa.
Ħażna
Is-sistema e3000 u l-aċċessorji jridu jinħażnu f'post mhux umduż. Ipproteġihom
mid-dawl tax-xemx, temperaturi għoljin, idrokarburi u dħaħen ta' solventi.
Manutenzjoni
Eżamina l-elmu protettiv b'mod regolari kif deskritt fl-istruzzjonijiet għat-tħaddim.
Eżamina s-siġill għall-wiċċ u ż-żennuna tal-arja għal toqob, xquq u ħsarat oħra u
aċċerta ruħek li jinsabu fil-pożizzjoni korretta mal-elmu (ara l-istruzzjonijiet għat-
tħaddim). Tużax is-sistema sakemm ma jkunux inbidlu l-partijiet kollha qodma jew
bil-ħsara.
Pjan ta' manutenzjoni
Miżura
Tindif, diżinfezzjoni
Eżami tal-vista
Iċċarġjar tal-akkumulatur
Sostituzzjoni tas-siġill ta' bejn il-filtru ewlieni u
l-unità tal-fann
Jekk l-apparat jinħażen, l-akkumulatur irid jiġi ċċarġjat kull 4 xhur.
Tindif u diżinfezzjoni
Naddaf il-fann, il-pajp tal-arja u l-elmu protettiv bi drapp nadif, imxarrab bi ftit ilma
bis-sapun. Ħalli l-apparat jinxef f'temperatura ambjentali. Tużax deterġenti jew
solventi aggressivi, alkoħol jew deterġenti li fihom sustanzi abrażivi. Is-siġill għall-
wiċċ jista' jinħasel (bl-idejn, mingħajr ma jintuża apparat għat-tnixxif bid-dawran).
Għajnuna f'każ ta' difett
Il-fann ma jinxtegħelx
→ Aċċerta ruħek li l-akkumulatur ġie mmuntat korrettament.
→ Aċċerta ruħek li l-akkumulatur ġie ċċarġjat sew.
L-allarm tal-filtri huwa attivat minkejja li l-filtru preliminari u dak ewlieni ġew
sostitwiti u mmuntati kif suppost
→ Żball intern tal-e3000
→ Trid tibgħat is-sistema e3000 għand l-aktar distributur viċin tiegħek.
L-akkumulatur ma jibqax iċċarġjat għal biżżejjed żmien
→ Akkumulatur difettuż – issostitwixxi l-akkumulatur u armi dak difettuż mal-iskart
perikoluż.
→ Ċarġer difettuż – issostitwixxih.
Informazzjoni teknika
(Soġġetta għal emendi tekniċi.)
Fattur ta' protezzjoni nominali L-Ewropa:
L-Awstralja:
Kemm tenħtieġ ta' spiss
Wara kull użu
Qabel u wara kull użu
Wara kull użu
Biss meta s-siġill ikun qdiem jew bil-ħsara
Klassifikazzjoni TH3P/TH2P (ara l-paġna VI)
Klassifikazzjoni P3
Unità tal-fann
Rati tal-fluss tal-arja:
min*
Materjal
Poliamide (PA-GF)
Fannijiet
Mutur tal-ventilatur ta' kwalità għolja u b'kuxxinett bir-rombli
Salvavita
Interruttur taċ-ċirkwit elettroniku
Akkumulatur
Tip:
Tip:
Voltaġġ, kapaċità:
Ċikli ta' ċċarġjar:
Ħin ta' tħaddim fil-livell 1*
Ħin ta' tħaddim fil-livell 2*
Ħin ta' tħaddim fil-livell 3*
Ħin meħtieġ għall-iċċarġjar:
Piż:
Kulur:
*Ħin ta' tħaddim minimu f'temperatura ambjentali u b'filtru ġdid
Livell ta' ħsejjes
Max. 70 dB(A)
Allarmi
Allarm akustiku u viżwali f'każ ta' kapaċità insuffiċjenti tal-
akkumulatur, filtru misdud jew nieqes jew fluss tal-arja insuffiċjenti
Filtri
1 x tip TH3P R SL
Għal sistema TH3P (l-Ewropa) / TH3P (l-Awstralja)
Pajp tal-arja
Tul:
Dijametru:
Piż:
Kulur:
Piż
1195 g / 42,152 oz (inkl. filtri u ċinturin, mingħajr l-akkumulatur)
Dimensjonijiet
L x B x H: 222 x 213 x 92,6 mm
Standards
EN 12941:1998 /A2:2008, EAC TP TC 019/2011, AS/NZS 1716
Dispożizzjonijiet
CE 1024 SAI Global
Kontenuti tal-konsenja/partijiet ta' rikambju (ara l-paġni I, II, lll)
1 e3000 PAPR
2 Filtru ewlieni TH3P R SL Filtru għal sistema TH3P (l-Ewropa) /TH3P (l-Awstralja)
3 Filtru preliminari
4 Protezzjoni kontra x-xrar
5 Għata tal-filtru
6a Akkumulatur standard (joni tal-litju 37 Wh)
6b Akkumulatur long life (joni tal-litju 74 Wh)
7 Elmu protettiv kompatibbli mal-PAPR
9 Pajp
10 Kisi protettiv għall-pajp tal-arja (aċċessorju, mhux inkluż)
Aktar aċċessorji jinsabu fil-katalgu ewlieni jew fuq is-sit web tagħna.
Spjegazzjoni tas-simboli (ara l-paġna IV)
A Qabel l-użu, aqra l-istruzzjonijiet għat-tħaddim
B M'għandux jinfetaħ b'oġġetti jaqtgħu
C Kontenut fraġli
D Jinħażen b'din in-naħa miżmuma l' fuq
E Jeħtieġ protezzjoni kontra l-umdità
F Indikazzjoni tad-dispożizzjonijiet
G Marka ta' approvazzjoni EAC (ir-Russja)
H Fih il-joni tal-litju
I Materjal tal-plastik, riċiklabbli
J Temperatura rrakkomandata għall-ħżin: +5 C° sa +25 C°
K M'għandux jintrema mal-iskart domestiku. Jintrema mal-iskart perikoluż.
Dikjarazzjoni tal-konformità
Ara l-indirizz tal-internet fl-aħħar paġna.
Informazzjoni legali
Dan id-dokument jissodisfa r-rekwiżiti tar-Regolament tal-UE 2016/425 (punt 1.4 tal-Anness II).
Dispożizzjonijiet
Informazzjoni ddettaljata fl-aħħar paġna.
51
Livell 1: mill-inqas 150 Nl/
Livell 2: mill-inqas 200 Nl/min*
Livell 3: mill-inqas 250 Nl/min*
*B'kundizzjonijiet standard:
2 0 °C, 0 m 'l fuq minn NN (1013 hPa)
kontroll tal-livelli kollha
Standard
Long Life
rikarikabbli,
rikarikabbli,
bil-joni tal-litju
bil-joni tal-litju
14.8V / 2.5Ah
14.8V / 5.0Ah
> 500
> 500
12 h
20 h
10 h
18 h
8 h
14 h
Madwar 5 sigħat Madwar 8 sigħat
420g / 14.815 oz 565g / 19.930 oz
iswed
iswed
1160 mm (elastiku sa 1300 mm bil-kisi protettiv)
31 mm (ġewwa)
185 g / 6,526 oz (mingħajr il-kisi protettiv)
Iswed