MALTI
Introduzzjoni
Respiratur jippurifika l-arja li jaħdem bl-elettriku (PAPR) huwa apparat maħsub
biex jipprovdi arja friska ffiltrata għal ġo elmu protettiv għall-iwweldjar jew it-tisnin
appruvat għall-użu ma' dan l-apparat. Jekk jiġu osservati dawn l-istruzzjonijiet kif
ukoll dawk tal-elmu protettiv li jintuża ma' dan l-apparat, l-utent ikun protett kontra
t-trab u l-materja partikolata fl-arja.
Istruzzjonijiet ta' sikurezza
Qabel ma tuża l-apparat, aqra bir-reqqa dawn l-istruzzjonijiet dwar it-tħaddim.
L-użu ħażin jista' jqiegħed f'periklu l-ħajja u s-saħħa u jirrendi invalidi kwalunkwe
pretensjoni tal-garanzija lil Optrel.
Avviżi tas-sikurezza u limitazzjonijiet rigward il-protezzjoni / Riskji
Ilbes l-elmu protettiv biss jekk ikun konness mal-fann u l-fann ikun qed jopera.
Il-fann jista' jintuża biss flimkien ma' apparati respiratorji protettivi li jissodisfaw
ir-rekwiżiti tal-istandards Ewropej u Awstraljani. Dan il-PAPR ma jipproteġix kontra
sustanzi gassużi. Ilbes l-apparat u ixegħlu qabel ma tibda ħidmietek. B'hekk biss
tista' tidħol fiż-żona ta' periklu b'mod sikur. F'każ ta' malfunzjoni tal-fann, oħroġ
miż-żona ta' periklu minnufih. Malli jiġi attivat l-allarm tal-akkumulatur (LED ħamra
tinxtegħel u sinjal akustiku jdoqq), trid toħroġ miż-żona ta' periklu minnufih. Trid
tiċċarġja l-akkumulatur jew tissostitwixxih. Malli jiġi attivat l-allarm dwar il-fluss tal-
arja (LED ħamra tinxtegħel u sinjal akustiku jdoqq), trid toħroġ miż-żona ta' periklu
minnufih u tibdel il-filtru.
Riħ qawwi laterali jew minn wara jista' jaffettwa l-funzjoni protettiva tal-elmu.
F'ambjenti bi tniġġis gravi ħafna bil-materja partikolata tista' tiġi kkawżata pressjoni
baxxa fl-elmu meta tieħu n-nifs. Jista' jkun li dan inaqqas l-effett protettiv. F'dan
il-każ, tneħħix l-elmu protettiv u titfix il-fann qabel ma toħroġ miż-żona ta' periklu.
Meta tneħħi l-elmu protettiv, ħu l-miżuri ta' prekawzjoni kollha meħtieġa biex ma
tiħux man-nifs it-trab jew xi materjal ikkontaminat li jista' jkun hemm iddepożitat fuq
in-naħa ta' barra tal-elmu. Qatt ma għandek tgħaddas il-fann jew l-akkumulatur taħt
l-ilma għax dan jista' jikkawża ħsara lill-apparat. Waqt it-tindif, oqgħod attent/a li ma
jidħolx l-ilma ġo l-apparat. Il-filtri użati ma jistgħux jitnaddfu jew jiġu riproċessati.
Kwalunkwe tentattiv għat-tindif tal-filtru bl-arja kkumpressata jew bl-ilma jista'
jikkawżalu ħsara. Qatt ma għandek taqta' fil-qasir iċ-ċirkwit tal-akkumulatur għax
dan jista' jikkawża ħsarat gravi.
Il-kisi tal-pajp ikun tajjeb li jinbidel kull 6 xhur. Ir-radjazzjoni UV jew IR qawwija tneħħi
r-reżistenza tal-kisi għall-fjammi. Ikun tajjeb li l-kisi tal-pajp jiġi eżaminat qabel kull
użu għal partijiet li jkunu tilfu lewnhom, iċċaraw jew saru ta' kulur kannella fit-tessut.
Malli jkunu jidhru partijiet ċari żżejjed jew matti, il-kisi protettiv ma jistax jibqa' jintuża
u għandu jiġi ssostitwit.
Il-PAPR m'għandux jintuża:
– f'ambjent b'riskju tan-nar jew f'atmosfera splussiva,
– meta l-arja għan-nifs ma jkunx fiha biżżejjed ossiġenu (fl-Ewropa: <17 %,
fl-Awstralja: <19 %) jew il-konċentrazzjoni ta' sustanzi velenużi tant tkun għolja
li tenħtieġ kategorija ta' protezzjoni li taqbeż il-kategorija TH3P (għall-Ewropa u
l-Awstralja),
– f'temperaturi ta' inqas minn -5 °C jew 'il fuq minn +55 °C,
– f'ambjenti li jikkawżaw periklu immedjat għall-ħajja u s-saħħa.
Jekk ikollok mistoqsijiet speċifiċi dwar l-applikazzjoni, l-użu jew l-adegwatezza
tas-sistema e3000, jekk jogħġbok, ikkuntattja lis-servizz għall-klijenti ta' Optrel.
Garanzija u responsabbiltà
Optrel issewwi jew tissostitwixxi l-prodott skont il-bżonn jekk fi żmien 24 xahar
mid-data tax-xiri jseħħ żball materjali jew tal-produzzjoni, diment li l-prodott ikun
intuża kif deskritt fl-istruzzjonijiet għat-tħaddim u skont l-użu intiż. Il-garanzija tiskadi
jekk in-numru tas-serje jiġi mibdul, imneħħi jew illeġibbli jew il-prodott issirlu ħsara
intenzjonata, abbuż jew modifika jew jinfetaħ. Il-garanzija tiskadi wkoll f'każijiet ta'
użu ħażin, użu ta' partijiet ta' rikambju mhux oriġinali jew nuqqas ta' manutenzjoni.
Il-garanzija tkopri biss it-tiswija jew is-sostituzzjoni ta' partijiet difettużi. Fl-ebda
ċirkostanzi Optrel ma tieħu r-responsabbiltà għal fallimenti ġenerali jew danni
konsegwenzjali�
It-tul mistenni tal-użu
L-e3000 m'għandux data ta' skadenza. Il-prodott jista' jintuża għal kemm żmien ma
jseħħux ħsarat viżibbli jew mhux viżibbli jew diżordnijiet funzjonali.
Kamp ta' applikazzjoni
Kamp ta' applikazzjoni
L-e3000 huwa respiratur li jippurifika l-arja li jaħdem bl-elettriku (PAPR)
għall-protezzjoni kontra t-trab u l-materja partikolata. Din is-sistema għandha
ċertifikazzjoni TH3P skont l-istandard Ewropew EN 12941:1998 u TH3P skont
l-istandard AS/NZS 1716:2012 tal-Awstralja. L-e3000 jintuża biex jappoġġja
l-proċess ta' ventilazzjoni. Dan inaqqas l-isforz meħtieġ biex wieħed jieħu n-nifs
u b'hekk anki l-għeja. Is-sistema elettronika tal-kontroll tal-fluss tissorvelja l-fann
biex tiżgura fluss tal-arja kostanti ta' mill-inqas 150 Nl/min*.
It-tul effettiv tat-tħaddim tal-e3000 b'akkumulatur iċċarġjat bis-sħiħ jiddependi mit-
tip tal-akkumulatur u l-istat tal-filtri (ara t-tabella "Informazzjoni teknika").
Qabel ma twettaq l-eżami ta' qabel it-tħaddim
Neħħi bil-galbu l-imballaġġ tal-partijiet individwali.
●
Iċċekkja jekk l-apparat huwiex komplet skont il-kontenuti tal-konsenja u mingħajr
●
ħsarat. Fil-każ ta' ħsarat jew partijiet neqsin, jekk jogħġbok, ikkuntattja lis-servizz
għall-klijenti mill-aktar fis. Qatt ma għandek tuża apparat bil-ħsara jew mhux
komplet.
Fil-konsenja, l-akkumulatur ma jkunx iċċarġjat bis-sħiħ. Għalhekk, qabel l-ewwel
●
użu jenħtieġ li tiċċarġjah bis-sħiħ.
Eżami qabel it-tħaddim
Qabel kull użu, aċċerta ruħek li l-e3000 jinsab f'kundizzjoni tajba u segwi l-passi
li jmiss:
1. Aċċerta ruħek li l-filtru ewlieni u dak preliminari huma installati kif suppost u li
l-lieva ta' ftuħ tiffissa sew l-għata (l-għata trid tissakkar b'tali mod li jinstema' ħoss
ta' klikk) (Stampa 1).
2. Eżamina l-pajp tal-arja u l-konnessjoni għall-arja rigward ħsarat possibbli
(toqob, xquq, qtugħ). Għaqqad il-pajp tal-arja mal-elmu u l-fann billi tagħfas il-pajp
mal-parti korrispondenti sakemm jissakkar b'tali mod li jinstema' ħoss ta' klikk
(Stampa 2).
3. Ixgħel l-e3000 billi tagħfas il-buttuna Ein/Aus (On/Off) għal madwar nofs
sekonda (Stampa 3). Waqt il-fażi tal-bidu, li ddum 3 sekondi, il-5 LEDs jinxtegħlu
kollha kemm huma (3 b'kulur aħdar, li huma maħsuba għall-issettjar tal-livell tal-
fluss tal-arja, u 2 b'kulur aħmar, li waħda minnhom tindika l-istejtus tal-akkumulatur
u waħda l-kundizzjoni tal-filtru – Stampa 4) u jinstema' allarm akustiku (3 beeps).
Imbagħad, l-e3000 ikun operattiv.
4. B'żieda ma' dan, fil-fażi tal-bidu, l-e3000 iwettaq test awtomatiku sabiex ikun
żgurat li l-apparat jipproduċi fluss tal-arja suffiċjenti ta' aktar minn 150 l/ min. Jekk
l-LED l-ħamra tal-filtru tintefa wara l-fażi tal-bidu ta' 3 sekondi, dan ifisser li jisseddaq
fluss tal-arja ta' mill-inqas 150 l/min. Bl-għajnuna ta' kejl tal-fluss inkorporat, l-e3000
jissorvelja l-fluss tal-arja b'mod kontinwu waqt it-tħaddim u jżommu f'livell ta' aktar
minn 150 l/ min.
5. Kif ġie deskritt aktar 'il fuq, l-e3000 għandu allarm viżibbli u akustiku (Stampa 5)
li jindika kapaċità insuffiċjenti tal-akkumulatur kif ukoll filtru nieqes, misdud jew
immuntat b'mod żbaljat. Jekk jiġi attivat l-allarm, għandek toħroġ miż-żona ta'
periklu minnufih!
Aċċerta ruħek li l-allarm li jindika kapaċità insuffiċjenti tal-akkumulatur kif ukoll filtru
misdud jaħdem sew billi tissimula fluss imnaqqas tal-arja kif ġej.
Waqt li l-e3000 ikun mixgħul, neħħi l-pajp minn mal-elmu u agħfas il-laħam ta'
taħt subgħajk ma' tarf il-pajp. F'dan il-każ, il-mutur jaċċellera b'mod awtomatiku
biex jikkumpensa l-fluss imnaqqas. Ibqa' agħfas il-laħam ta' taħt subgħajk ma' tarf
il-pajp biex tagħlqu sew. F'dan il-każ, l-apparat idoqq allarm akustiku u tinxtegħel
l-LED l-ħamra tal-filtru.
6. Biex twaqqaf l-allarm, agħfas il-buttuna Ein/Aus (On/Off) għal madwar 3 sekondi
u għaqqad il-pajp mal-elmu protettiv.
7. Aċċerta ruħek li l-elmu protettiv ma ġarrabx ħsara, ilbsu u orbot il-PAPR ma'
qaddek�
8. Ixgħel il-fann u aċċerta ruħek li l-arja tiċċirkola b'mod normali ġewwa l-elmu
protettiv.
F'każ ta' ħsara għandek tissostitwixxi l-partijiet difettużi qabel ma tuża l-PAPR.
Mod ta' tħaddim
Kif tadatta d-daqs taċ-ċinturin: Ilbes iċ-ċinturin (Stampa 6) u ssettja d-daqs b'tali
mod li l-unità tal-fann toqgħod ma' qaddek b'mod komdu.
Kif tneħħi l-pajp tal-arja: Agħfas il-konnessjoni tal-pajp fiż-żewġ naħat u iġbidha
biex titneħħa mill-parti korrispondenti (Stampa 7).
Kif timmonta l-akkumulatur: L-akkumulatur għandu jiddaħħal fix-xaqq
korrispondenti fin-naħa ta' taħt leminija tal-e3000. Imbotta l-akkumulatur sakemm
jissakkar b'tali mod li jinstema' ħoss ta' klikk (Stampa 8).
Kif tneħħi u tiċċarġja l-akkumulatur: Iġbed lura l-lieva ta' ftuħ minn mal-
akkumulatur u żerżaq l-akkumulatur max-xaqq sakemm joħroġ għalkollox mill-unità
tal-fann (Stampa 9). Imbagħad għaqqad l-akkumulatur maċ-ċarġer (Stampa 10).
50