Jekk jogħġbok innota
MALTI
1.1
Noti ta' sigurtà
Qabel ma tużaha ara li ma fiha ebda
•
ħsara minn barra! Jekk issib xi ħsara
jew xi tip ta' difett, dan l-apparat ma
jistax jintuża.
L-apparat u t-tagħmir ta' l-elettriku
•
mqabbad miegħu jista' jitħassar jekk
it-tagħbija ta' kurrent tkun ogħla
mill-valuri murija fuq il-pjanċa ta'
l-ispeċifikazzjonijiet tal-kurrent.
•
Tużax l-istrixxa tas-sokits fi kmamar
umdi. Jekk tidħol l-umdità fl-istrixxa
tas-sokits, aqla' minnufih l-plakka
minn mal-provvista ta' l-elettriku,
jew itfi l-kurrent minn fuq element
ta' protezzjoni 'il fuq. Ibgħat l-istrixxa
tas-sokit lill-manifattur sabiex isirulha
t-testijiet.
•
Ikkalibra
t-tagħbija massima permessa
fuq il-fjus fl-installazzjoni tal-bini skond
il-planċa ta' l-ispeċifikazzjonijiet
tal-kurrent. Għandhom jiġu mħarsa
wkoll ir-regolamenti nazzjonali,
id-dispożizzjonijiet dwar sigurtà u
l-varjazzjonijiet tat-tagħbijiet tal-fjus.
Jekk issir xi bidla fl-apparat, dan itellef
•
kull pretensjoni taħt il-garanzija.
Agħmel ċert illi l-konsum totali ta'
•
elettriku ta' l-apparat kollu mqabbad ma'
l-istrixxa tas-sokits ma jeċċedix il-valuri
nominali rispettivi tal-kurrent speċifikati
fuq il-pjanċa ta' l-ispeċifikazzjonijiet
tal-kurrent li tinsab fuq l-istrixxa tas-so-
kit. Tista' ssib id-dettalji dwar il-konsum
ta' elettriku fl-istruzzjonijiet dwar kif
għandek tħaddem l-apparat u fuq il-
pjanċi ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-kurrent
ta' l-apparat imqabbad.
•
L-apparat għandu jiġi nstallat u mixgħul
għall-ewwel darba biss minn personal
speċjalizzat.
•
Meta tqabbad għadd ta' strixxi tas-sokits
flimkien, huwa obbligatorju li jkun hemm
konformità mar-reżistenza meħtieġa
taċ-ċirkwitu!
•
Fuq unitajiet u varjanti b'konnessjoni
fissa, għandu jkun hemm faċilment
disponibbli separatur li jista' jiġi aċċessat
faċilment fuq iċ-ċirkwitu ta' provvista ta'
kurrent fuq is-sit.
Fir-rigward ta' mudelli bi fjus (fjusijiet)
•
li ma jistgħux jiġu risettjati, il-provvista
ta' l-elettriku trid tiġi mwaqqfa qabel ma
jinbidel il-fjus!
•
Fir-rigward ta' strixxi tas-sokits bi
plakka, is-sokit tal-plakka għandha
tkun imwaħħla fil-viċinanza tal-istrixxa
tas-sokits u tkun aċċessibbli faċilment.
Twissija!
Strixxa ta' sokits industrijali – mhux
għal użu domestiku!
Qabbad l-istrixxa tas-sokits biss
ma' sokit b'kuntatt ma' l-ert jew ma'
sistema ertjata!
11