Télécharger Imprimer la page

LG H12S1D Manuel Du Propriétaire page 987

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 375
KIF ISSOLVI PROBLEMI
58
Sintomi
It-tagħmir jieqaf waqt
li jkun qed jaħdem.
It-tagħmir mhux
jaħdem.
It-tagħmir ma jitfax
arja kiesħa.
It-tagħmir jintefa' f'daqqa.
• Il-funzjoni tat-Timer Mitfi jista' jkun li għadda l-ħin tagħha, li titfi it-
tagħmir. Iċċekkja l-kontrolli tat-timer.
Waqt it-tħaddim ikun inqata' d-dawl.
• Stenna d-dawl jerġa' jiġi. Jekk għandek il-funzjoni Startjar mill-Ġdid
Awtomatiku attivata, it-tagħmir tiegħek jerġa' jibda jaħdem diversi minuti
wara li l-enerġija tiġi restawrata.
It-tagħmir mhux ipplaggjat.
• Iċċekkja jekk il-kejbil tad-dawl huwiex ipplaggjat jew l-iżolaturi tal-enerġija
humiex mixgħula.
Fjus sploda jew il-forniment tal-elettriku ġie mblukkat.
• Ibdel il-fjus jew iċċekkja jekk l-interruttur taċ-ċirkwit ikunx ittrippja.
Ikun inqata' d-dawl.
• Itfi t-tagħmir meta jinqata' d-dawl.
• Meta d-dawl jiġi lura, stenna 3 minuti, imbagħad ixgħel it-tagħmir.
Il-vultaġġ huwa għoli wisq jew baxx wisq.
• Iċċekkja jekk l-interruttur taċ-ċirkwit ikunx ittrippja.
It-tagħmir intefa awtomatikament fil-ħin stabbilit minn qabel.
• Ixgħel it-tagħmir.
Is-setting tal-batterija fil-kontroll mill-bogħod mingħajr fili mhijiex
tajba.
• Ara li l-batteriji huma inseriti korrettament fir-remote control mingħajr fili
tiegħek.
• Jekk il-batteriji huma mqiegħda sew, imma t-tagħmir jibqa' ma jaħdimx,
ibdel il-batteriji u erġa' pprova.
L-arja mhux tiċċirkola sew.
• Ara li m'hemmx purtieri, blinds, jew biċċiet tal-għamara li qed jimblokkaw
il-parti ta' quddiem tat-tagħmir.
Il-filtru tal-arja maħmuġ.
• Naddaf il-filtru tal-arja darba kull ġimagħtejn.
• Ara "Tindif tal-Filtru tal-Arja" għal aktar tagħrif.
It-temperatura tal-kamra hija għolja wisq.
• Fis-sajf, it-tkessiħ sħiħ tal-arja ta' ġewwa jista' jieħu xi żmien. F'dan il-każ,
agħżel il-modalità tal-Ġettbiex tkessaħ l-arja ta' ġewwa malajr.
Arja kiesħa qed taħrab mill-kamra.
• Ara li l-ebda arja kiesħa mhi qed taħrab mill-punti ta' ventilazzjoni fil-
kamra.
Kawża Possibbli u Soluzzjoni

Publicité

loading

Ce manuel est également adapté pour:

H09s1pH09s1d