Télécharger Imprimer la page

LG H12S1D Manuel Du Propriétaire page 939

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 375
ISTRUZZJONIJIET DWAR IS-SIKUREZZA
10
• Installa l-unità ta' barra b'tali mod li tkun protetta mid-dawl tax-xemx
dirett. Tpoġġix l-unità ta' ġewwa f'post fejn tkun esposta direttament
għad-dawl tax-xemx mit-twieqi.
• Tinstallax il-kundizzonatur tal-arja f'żona li tkun direttament esposta
għar-riħ tal-baħar (raxx tal-melħ).
• Installa l-pajp tad-drejn kif suppost għall-ħruġ bla xkiel tal-
kondensazzjoni tal-ilma.
• Installa l-kundizzonatur tal-arja f'post fejn il-ħoss mill-unità ta' barra
jew id-dħaħen tal-egżost mhux se joħolqu inkonvenjent lill-ġirien. In-
nuqqas li tagħmel dan jista' jirriżulta f'kunflitt mal-ġirien.
• Armi b'mod sikur materjali tal-imballaġġ bħal viti, imsiemer, boroż
tal-plastik jew batteriji f'imbalaġġ apposta wara l-installazzjoni jew it-
tiswija.
• Oqgħod attent meta tiftaħ jew tinstalla l-kundizjonatur tal-arja.
Tħaddim
• Kun ċert li l-filtru ikun ġie installat qabel tħaddem il-kundizzjonatur
tal-arja.
• M'għandekx tixrob l-ilma li jkun ħareġ mill-kundizzjonatur tal-arja.
• M'għandekx tqiegħed xi oġġett fuq il-kondizzjonatur tal-arja.
• Tħallix il-kondizzjonatur tal-arja jaħdem għal żmien twil meta l-
umdità tkun għolja ħafna jew meta bieb jew tieqa jkunu tħallew
miftuħa.
• Tesponix persuni, annimali, jew pjanti għar-riħ kiesaħ jew sħun mill-
kundizzjonatur tal-arja għal perjodi ta' żmien estiżi.
• Tużax il-prodott għal skopijiet speċjali, bħall-preservazzjoni tal-ikel
jew xogħlijiet tal-arti eċċ. Il-kondizzjonatur tal-arja huwa ddisinjat
għal skopijiet tal-konsumaturi, u mhuwiex sistema ta' refriġerazzjoni
ta' preċiżjoni. Hemm riskju l-ħsara jew telf ta' proprjetà.
Manutenzjoni
• Uża banketta soda jew sellum meta tnaddaf, għal manutenzjoni jew
biex issewwi l-kundizzjonatur tal-arja li jkun qiegħed fl-għoli.

Publicité

loading

Ce manuel est également adapté pour:

H09s1pH09s1d