ISTRUZZJONIJIET DWAR IS-SIKUREZZA
8
• Qatt m'għandek tħallat it-tipi differenti ta' batteriji, jew batteriji
qodma u batteriji ġodda, għall-kontroll mill-bogħod.
• Terġax tiċċarġja jew iżżarma l-batteriji.
• Tużax il-kontroll mill-bogħod jekk ikun hemm fluwidu jnixxi mill-
batterija. Jekk l-ilbies jew il-ġilda tiegħek tiġi esposta għall-fluwidu tal-
batterija li jkun qed inixxi, aħsel b'ilma nadif.
• Jekk jinbela' l-fluwidu tal-batterija li tnixxi, laħlaħ sew in-naħa ta'
ġewwa tal-ħalq u kkonsulta tabib.
• Armi l-batteriji f'post fejn m'hemmx periklu ta' nirien.
Manutenzjoni
• Qabel tnaddaf jew twettaq manutenzjoni, skonnettja l-provvista tal-
elettriku u stenna sakemm jieqaf il-fann.
• Tnaddafx it-tagħmir billi tisprejja l-ilma ġol-prodott.
Refriġerant
Ġenerali
• Uża biss ir-refriġerant speċifikat fit-tikketta tal-kondizzjonatur tal-
arja.
• M'għandekx iddaħħal arja jew gass ġos-sistema għajr ir-refriġerant
speċifikat.
• M'għandekx tmiss ir-refriġerant li jnixxi waqt l-installazzjoni jew it-
tiswija.
• Kun ċert li tiċċekkja għal tnixxijiet tar-refriġerant wara li tinstalla jew
issewwi l-kondizzjonatur tal-arja.
• L-apparat għandu jinħażen sabiex jiġi evitat li sseħħ ħsara
mekkanika.