ISTRUZZJONIJIET DWAR IS-SIKUREZZA
6
Installazzjoni
• Ikkunttatja ċentru tas-servizz awtorizzat meta tinstalla jew
tittrasferixxi l-kundizzjonatur tal-arja.
• Tinstallax il-kondizzjonatur tal-arja fuq wiċċ instabbli jew f'post fejn
hemm il-periklu li jaqa'.
• Tinstallax l-unità f'atmosferi potenzjalment splussivi.
• M'għandekx tinstalla l-kondizzjonatur tal-arja f'post fejn jiġu
maħżuna likwidi jew gassijiet infjammabbli bħal gażolina, propan,
thinner taż-żebgħa eċċ.
• Installa l-pannell u għatti l-kaxxa tal-kontrolli b'mod sikur.
• Installa plagg tal-elettriku ddedikat u salvavita qabel tuża l-
kundizzjonatur tal-arja.
• Uża salvavita u fjus standard li jikkonformaw mal-klassifikazzjoni tal-
kundizzjonatur tal-arja.
• Aċċerta li l-pajp u l-kejbil tal-elettriku li jgħaqqdu l-unitajiet ta' ġewwa
u ta' barra ma jinġibdux u jkunu ssikkati żżejjed meta tinstalla l-
kundizzjonatur tal-arja.
• Il-konnessjonijiet tal-wajers ta' ġewwa/barra għandhom ikunu
mwaħħla sew, u l-kejbil għandu jkun mgħoddi sew biex ma jkunx
hemm forza li qed tiġbed il-kejbil mit-terminals tal-konnessjoni.
Konnessjonijiet mhux sew jew laxki jistgħu jiġġeneraw sħana jew
jikkawżaq nar.
• M'għandekx tqabbad l-ert ma' pajp tal-gass, virga tas-sajjetti jew ert
tat-telefown.
• Uża gass li ma jaqbadx (nitroġenu) biex tiċċekkja għal tnixxijiet u biex
tnaddaf l-arja; l-użu ta' arja kkompressata jew gass li jaqbad jista'
jikkawża nar jew splużjoni.
Tħaddim
• Timmodifikax jew testendi l-kejbil tal-elettriku. Grif jew tqaxxir tal-
iżolazzjoni tal-kejbils tal-elettriku jista' jirriżulta f'nar jew xokk elettriku
u għandhom jinbidlu.
• Aċċerta li l-kejbil tal-elettriku mhuwiex maħmuġ, laxk jew miksur.