Drittijiet tal-awtur tal-Firmware
It-titlu għal u l-proprjetà tad-drittijiet tal-awtur għall-firmware inkluż fil-memorji tal-prodott KENWOOD huma riservati għal
JVC KENWOOD Corporation.
Informazzjoni dwar ir-Rimi ta' Tagħmir Elettriku u Elettroniku u Batteriji Qodma (applikabbli għall-pajjiżi li adottaw sistemi ta'
ġbir tal-iskart separat)
Prodotti u batteriji bis-simbolu (tank tal-iskart bir-roti maqtugħa) ma jistgħux jintremew bħala skart domestiku.
Tagħmir elettriku u elettroniku u batteriji qodma għandhom jiġu riċiklati f'faċilità adattata għal ġestjoni ta' dawn il-prodotti
u l-iskart iġġenerat minnhom.
Agħmel kuntatt mal-awtorità lokali għad-dettalji biex tidentifika l-eqreb faċilità ta' riċiklaġġ għalik.
Riċiklaġġ u rimi tal-iskart kif suppost se jgħin fil-konservazzjoni tar-riżorsi filwaqt li jiġu evitati effetti negattivi fuq
is-saħħa u l-ambjent tagħna.
•
Tiċċarġjax it-transceiver u l-batterija meta jkunu mxarrbin.
•
Assigura li ma jkunx hemm oġġetti tal-mettall bejn it-transceiver u l-batterija.
•
Tużax opzjonijiet mhux speċifikati minn KENWOOD.
•
Jekk id-die-cast chassis jew xi biċċa oħra mit-transceiver għandom il-ħsara, tmissx il-biċċiet bil-ħsara.
•
Jekk il-headset jew il-headphone jkunu mqabbdin mat-transceiver naqqas il-volum tat-transceiver. Oqgħod attent għal-livell tal-volum
meta titfi l-isquelch.
•
Tpoġġix il-kejbil tal-mikrofonu madwar għonqok meta tkun ħdejn makkinarju li jista' jaqbad mal-kejbil.
•
Tpoġġix it- transceiver fuq uċuħ li mhumiex stabbli.
•
Kun ċert li t-tarf tal-antenna ma tmissx għajnejk.
•
Meta t-transceiver jintuża għal trażmissjonijiet twal, ir-radiator u x-chassis jisħnu. Tmissx dawn iż-żoni meta tibdel il-batteriji.
•
Tgħerriqx it-transceiver fl-ilma.
•
Dejjem itfi t-transceiver qabel tinstalla aċċessorji opzjonali.
•
Iċ-ċarġer huwa t-tagħmir li jaqta' l-apparat mill-AC mains line. Il-plagg AC għandu jkun aċċessibbli fil-qrib.
TWISSIJA
Itfi t-transceiver f'dawn il-postijiet:
◆ F'atmosferi splussivi (gass li jista' jieħu n-nar, partiċelli tat-trab, sustanzi tal-mettall, sustanzi tal-qamħ, eċċ.)
◆ Meta tkun qed tieħu l-fjuwil jew tkun ikpparkjat f'pompa tal-petrol.
◆ Ħdejn splussiv jew siti tal-blasting.
◆ F'mezzi tal-ajru. (Kull użu tat-transceiver għandu jsegwi l-istruzzjonijiet u r-regolamenti provduti mill-membri tal-ekwipaġġ tal-linja
tal-ajru.)
◆ Fejn ikun hemm restrizzjonijiet jew twissijiet dwar l-użu ta' tagħmir tar-radju, inkluż iżda mhux limtitat għal faċilitajiet mediċi.
◆ Ħdejn persuni li jużaw pacemakers.
ATTENZJONI
◆ Iżżarmax u timmodifikax it-transceiver, għall-ebda raġuni.
◆ Tpoġġix it-transceiver fuq jew qrib it-tagħmir tal-airbag meta tkun mixja l-vettura. Meta tintefaħ l-airbag, it-transceiver jista' jinqala' u
jolqot lil min qed isuq jew lill-passiġġiera.
◆ Jekk ikun hemm riħa stramba jew duħħan ħiereġ mill-prodott, dan għandu jintefa' immedjatament, il-batterija titneħħa mit-
transceiver u agħmel kuntatt mad-dealer tiegħek tal-KENWOOD.
◆ L-użu tat-transceiver waqt li qed issuq jista' jkun kontra l-liġijiet tat-traffiku. Jekk jogħġbok ivverifika u osserva r-regolamenti tal-
vettura fiż-żona tiegħek.
◆ Tesponix it-transceiver għal kundizzjonijiet sħan jew kesħin ħafna.
◆ Iġġorrx il-batterija ma' oġġetti tal-metall, għaliex dan jista' jixxortja t-terminals tal-batterija.
◆ Periklu ta' splużjoni jekk il-batterija ma tinbidilx b'mod korrett; biddel biss bl-istess tip.
◆ Meta twaħħal strap kummerċjali mat-transceiver, kun ċert li l-istrap hija b'saħħitha. Aktar minn hekk ixxengilx t-transceiver bl-istrap;
bi żball tista' tolqot u tweġġa' lil xi ħaddieħor bit-transceiver.
◆ Jekk tuża strap tal-għonq li hija kummerċjalment disponibbli, oqqgħod attent li l-istrap ma tinqabadx fuq magna fil-qrib.
◆ Meta tħaddem it-transceiver f'żoni fejn l-arja hijx xorta huwa faċli li tiġġenera ċarġ elettrika (elettriku statiku). Meta tuża
aċċessorju tal-earphone f'dawn il-kundizzjonijiet, hu possibbli li t-transceiver jibgħat xokk elettriku mill-earphone għal ġo widnejk.
Nirrakkomandaw li tuża l-ispeaker/mikrofonu f'dawn il-kundizzjonijiet biss, biex tevita xokkijiet elettriċi.
◆ Tesponix il-prodott għal perjodi twal ta' xemx diretta u tpoġġihx ħdejn tagħmir ta' tisħin.
AVVIŻI GĦALL-UTENT
PREKAWZJONIJIET
1
< PO_NOTICE >