Barbecook BC-CHA-1015 Mode D'emploi page 73

Masquer les pouces Voir aussi pour BC-CHA-1015:
Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 7
5.3. Pass 2: Biex tixgħel il-faħam tal-kannol
Qed jintwerew l-iktar passi importanti ta' dan ix-xogħol
fil-Figuri 6 u 7 fil-paġna 46.
Ipproċedi kif ġej:
1. D awwar il-ventilatur elettriku għall-ogħla settjar (Fig. 6 a).
2 Q abbad il-firelighters b'sulfarina twila. (Fig. 6 b).
3. S tenna sakemm il-faħam tal-kannol ikun mgħotti b'saff irqiq
ta' rmied abjad.
4. Poġġi l-għatu fuq il-kontenitur tal-faħam. (Fig. 7).
L-ewwel darba li tuża l-apparat, trid tħallih jaqbad għal
30 minuta. Dan ineħħi kwalunkwe grassijiet tal-
manifattura li jifdal mill-apparat.
Tpoġġix il-gradilja fuq l-apparat għalissa. Gradilja vojta
tista' titgħawweġ meta tinżamm fuq is-sħana għal ħin
twil wisq.
ATTENZJONI! Tużax alkoħol snaturat, petrol jew likwidi
oħra li jaqbdu biex tixgħel jew terġa' tixgħel l-apparat!
Għandek tuża biss firelighters li jikkonformaw ma'
EN 1860-3!
Qatt m'għandek tibda tiggrilja meta jkun għad hemm
fjammi fir-reċipjent. Stenna sakemm il-faħam tal-kannol
ikun mgħotti b'saff irqiq ta' rmied abjad.
5.4. Pass 3: Poġġi l-gradilja u l-ikel
L-iktar passi importanti ta' dan ix-xogħol huma murija
fil-Figuri 8 sa 10 fil-paġna 47.
1. P oġġi l-gradilja fuq l-apparat (Fig. 8).
2. A għlaq il-klipps fuq il-ġnub biex teħel sew il-gradilja (Fig. 9).
3. Issa tista' tibda x-xiwi (Fig. 10)!
6.
PARIRI U SUĠĠERIMENTI UTLI
6.1. Aġġustament tal-intensità tan-nar
Tista' taġġusta l-intensità tan-nar billi żżid jew tnaqqas il-
veloċità tal-ventilatur.
• Iktar ma jdur il-ventilatur, iktar ma tintefa' arja fil-kontenitur
tal-faħam tal-kannol u iktar ikun qawwi n-nar.
• Uża l-pum tal-kontroll biex taġġusta l-veloċità tal-ventilatur.
Qatt ma għandek titfi kompletament il-ventilatur waqt li
l-faħam tal-kannol ikun għadu jaħraq.
6.2. Prevenzjoni tal-ikel milli jinħaraq
Biex tevita li l-ikel tiegħek jinħaraq:
• Qatt m'għandek tibda tiggrilja meta jkun għad hemm fjammi
fir-reċipjent tal-faħam tal-kannol. Stenna sakemm il-faħam
tal-kannol ikun mgħotti b'saff irqiq ta' rmied abjad.
• Evita li tesponi l-ikel tiegħek għal sħana eċċessiva. Tista'
tnaqqas is-sħana billi tnaqqas il-veloċità tal-ventilatur.
6.3. Kif tipprevjeni l-ikel milli jeħel
Biex tevita li l-ikel tiegħek jeħel mal-gradilja:
• Agħmel ftit żejt fuq l-ikel b'pinzell qabel ma tpoġġih fuq il-
gradilja. Tista' wkoll tagħmel iż-żejt
fuq il-gradilja.
• Idawwarx l-ikel malajr wisq. L-ewwel ħallih jisħon sewwa.
6.4. Biex iżżid il-faħam tal-kannol
Jekk meħtieġ, żid iżjed faħam tal-kannol biex iżomm in-nar
għaddej. Ipproċedi kif ġej:
1. Ilbes ingwanti reżistenti għas-sħana.
2. Ħ oll il-klipps u neħħi l-gradilja mill-apparat.
3. Dawwar il-ventilatur għal issettjar medju.
4. N eħħi l-għatu tal-kontenitur tal-faħam tal-kannol u żid
il-faħam tal-kannol.
5. P oġġi l-għatu fuq il-kontenitur tal-faħam.
6. P oġġi l-gradilja fuq l-apparat u waħħalha bil-klipps.
7. Dawwar il-ventilatur lura għall-ogħla issettjar.
26
7.
MANUTENZJONI TAL-APPARAT
7.1. Tindif tal-apparat
Nirrakkomandaw li tnaddaf l-apparat wara kull użu.
Ipproċedi kif ġej:
1. Ħ alli l-apparat jiksaħ kompletament.
2. Ħ oll il-klipps u neħħi l-gradilja mill-apparat.
3. N eħħi l-kontenitur tal-faħam (bl-għatu u l-bażi)
u neħħi r-reċipjent mill-barbecue.
4. N addaf l-apparat bi sponża ratba jew b'ċarruta niedja u
prodott tat-tindif regolari.
Ir-reċipjent ta' ġewwa, il-gradilja u l-kontenitur tal-faħam
tal-kannol bil-bażi u l-għatu huma siguri għall-ħasil
fid-dishwasher.
Qatt ma għandek tuża prodotti aċidi, thinners jew
prodotti oħra li jaqbdu biex tnaddaf l-apparat.
7.2. Kif taħżen l-apparat
• Aħżen l-apparat ġewwa wara kull użu.
• Biex timmassimizza l-ħajja tal-apparat, nirrakkomandaw li
l-apparat jinħażen fil-borża pprovduta.
• Kun żgur li l-apparat ikun niexef għal kollox qabel ma
terfgħu. Dan jipprevjeni s-sadid milli jifforma.
• Neħħi l-batteriji qabel ma taħżen l-apparat għal perjodu twil.
7.3. Riċiklaġġ ta' batteriji
Dejjem irriċikla l-batteriji użati b'mod sigur, skond ir-
regolamenti lokali. Qatt m'għandek tarmi batteriji użati fil-
kontenitur tal-iskart domestiku tiegħek.
7.4. Manutenzjoni tal-enemel, l-azzar inossidabbli u
partijiet miksija bit-trab
L-apparat huwa magħmul mill-enemel, l-istainless steel u
partijiet miksija bit-trab. Kull materjal għandek tieħu ħsiebu
b'mod differenti:
Materjal
Azzar inossidabbli
(stainless steel)
Miksi bit-trab
Biex tevita li s-sadid jifforma fuq partijiet tal-azzar
inossidabbli, evita kull kuntatt mal-kloru, il-melħ u
l-ħadid.
Ħsara li tirriżulta minħabba li ma ssegwix dawn
l-istruzzjonijiet hija meqjusa bħala manutenzjoni
inadegwata u mhix koperta mill-garanzija.
Taħt ix-xbieha mfettħa tal-apparat tiegħek (it-tieni parti tal-
manwal), tista' tara lista tal-partijiet kollha li jiffurmaw l-apparat
tiegħek Din il-lista tinkludi simbolu li jispeċifika l-materjal ta'
kull parti, sabiex tkun tista' tużah biex tivverifika kif tieħu ħsieb
parti partikolari.
www.barbecook.com
Kif tieħu ħsieb dan il-materjal
• Tużax prodotti tat-tindif
aggressivi, li joborxu jew tal-
metall.
• Uża aġenti tat-tindif ħfief u
ħallihom jaħdmu fuq l-azzar.
• Uża sponża ratba
jew biċċa drapp.
• Wara t-tindif, laħlaħ l-apparat
sewwa u ħalli l-apparat jinxef
kompletament qabel ma terfgħu.
• Tużax oġġetti li jaqtgħu. Uża
prodotti tat-tindif ħfief u sponża
jew biċċa ratba.
• Wara t-tindif, laħlaħ l-apparat
sewwa u ħalli l-apparat jinxef
kompletament qabel ma terfgħu.

Publicité

Table des Matières
loading

Ce manuel est également adapté pour:

Bc-cha-1016Bc-cha-1018Bc-cha-1019

Table des Matières