MT - GWIDA GĦALL-UTENT
1.
IRREĠISTRA L-APPARAT TIEGĦEK
Grazzi talli xtrajt barbecue Barbecook.
Nisperaw li tieħu pjaċir tużah u tgawdih għal ħafna żmien!
Tista' tottimizza l-esperjenza tiegħek billi tirreġistra l-barbecue
tiegħek online biex tieħu vantaġġ mill-ħafna benefiċċji.
- Tikseb aċċess għall-gwida tal-utent sħiħa online, sabiex tkun
tista' ssir taf dak kollu li hemm x'titgħallem dwar l-apparat
tiegħek.
- Aħna nipprovdulek servizz ta' wara l-bejgħ personalizzat,
li jfisser li tista' ssib u tordna spare parts malajr u faċilment.
Dan jippermettilek li tieħu l-aħjar li tista' mis-servizz tal-
garanzija.
- Tinżamm infurmat dwar l-aġġornamenti tal-prodott.
- Tieħu ħafna pariri u suġġerimenti ġodda.
Għal aktar informazzjoni dwar ir-reġistrazzjoni
tal-apparat tiegħek, żur www.barbecook.com.
Barbecook jirrispetta l-privatezza tiegħek. Id-data
tiegħek qatt m'hi se tinbiegħ, titqassam jew tinqasam
ma' partijiet terzi.
2.
DWAR DIN IL-GWIDA
Din il-gwida tikkonsisti f'żewġ partijiet.
Parti 1 fiha struzzjonijiet ġenerali dwar l-immuntar, l-użu, il-
manutenzjoni u l-garanzija.
Parti 2 (li tibda f'paġna 42) fiha illustrazzjonijiet, listi ta'
partijiet u tpinġijiet tal-assemblaġġ.
Jekk ikun hemm illustrazzjoni li tikkorrispondi ma'
struzzjoni speċifika fil-manwal, issirlek referenza għaliha
b'din il-pittogramma
ta' lapes.
3.
STRUZZJONIJIET DWAR IS-SIGURTÀ
Aqra l-istruzzjonijiet qabel tuża l-apparat. Dejjem segwi
l-istruzzjonijiet b'attenzjoni. L-immuntar jew l-użu tal-apparat
b'mod li ma jaqbilx mal-istruzzjonijiet jista' jirriżulta f'nar u
ħsara materjali.
Ħsara kkawżata jekk ma ssegwix l-istruzzjonijiet
(assemblaġġ mhux korrett, użu ħażin, manutenzjoni
ħażina eċċ.) mhix koperta mill-garanzija.
• ATTENZJONI! Żomm lit-tfal u lill-annimali domestiċi 'l
bogħod mill-barbecue.
• ATTENZJONI! Dan il-barbecue jisħon ħafna, tippruvax
iċċaqlaqu meta tkun qed tintużah.
• Uża protezzjoni xierqa meta jkollok bżonn tmiss partijiet
sħan.
• Żomm materjali li jaqbdu, likwidi li jaqbdu u oġġetti li jinħallu
f'distanza sigura mill-apparat meta jkun qed jintuża.
• ATTENZJONI! Tużax alkoħol snaturat, petrol jew likwidi oħra
li jaqbdu biex tixgħel jew terġa' tixgħel l-apparat! G]andek
tuża biss firelighters li jikkonformaw ma' EN 1860-3!
• ATTENZJONI! Tibdix il-barbecue qabel ma l-faħam tal-
kannol ikun żviluppa saff ta' rmied. Dan ġeneralment jieħu
madwar 15-il minuta (Fig. 3c)
• Tħallix il-barbecue waħdu meta tkun qed tużah.
• Żomm barmil ilma jew ramel fil-viċin meta tuża
l-apparat, speċjalment fi ġranet sħan ħafna u
f'ambjenti niexfa.
• Tużahx ġewwa! Uża l-apparat barra biss. Jekk tuża
l-apparat ġewwa, anki f'garaxx, spazju magħluq jew kamra
(shed), tirriskja avvelenament bil-monossidu tal-karbonju.
• Tużax dan l-apparat MINGĦAJR ma tixgħel il-ventilatur!
• Qabel kull użu, L-EWWEL daħħal il-bażi tal-kontenitur tal-
faħam tal-kannol (il-parti nru, 3, ara pġ. 46). Jekk int ma
tagħmilx dan, il-ventilatur jista' jkollu ħsara serja.
• Meta tixgħel il-ventilatur, dawwar il-pum għall-ogħla ssettjar
u mbagħad dawwar il-pum 'l isfel għall-issettjar mixtieq.
• Ftakar biex tbiddel il-batteriji regolarment.
• Ikkunsidra dan li ġej meta tagħżel post:
- T poġġix il-barbecue taħt struttura li tgħattih minn fuq
(veranda, xi kenn, eċċ.) jew taħt xi weraq.
- P oġġi l-apparat fuq wiċċ ċatt u stabbli.
- T poġġix l-apparat fuq vettura li tiċċaqlaq (dgħajsa, karru,
eċċ. ).
4.
L-IMMUNTAR TAL-APPARAT
4.1. Struzzjonijiet dwar is-sigurtà
• Neħħi l-imballaġġ kollu.
• M'għandekx tagħmel modifiki fl-apparat meta timmuntah.
M'għandekx tagħmel tibdil f'xi waħda mill-partijiet tal-
apparat; dan huwa perikoluż ħafna.
• Dejjem segwi l-istruzzjonijiet tal-immuntar bir-reqqa.
• L-utent huwa responsabbli għall-immuntar tajjeb tal-
apparat. Ħsara kkawżata minn immuntar mhux korrett mhix
koperta mill-garanzija.
4.2. Biex timmonta l-apparat
Għandek bżonn 4 batteriji AA, li mhumiex ipprovduti.
L-iktar passi importanti ta' dan ix-xogħol huma murija
fil-Fig. 1 fil-paġna 46.
L-apparat huwa ġeneralment immuntat minn qabel.
1. I ftaħ il-kompartiment tal-batterija u daħħal 4 batteriji AA.
Is-simboli tal-polarità (+ u -) jindikaw il-pożizzjoni korretta
tal-batteriji.
2. A għlaq il-kompartiment tal-batterija.
5.
TĦEJJIJA TAL-APPARAT GĦALL-UŻU
Għandek bżonn faħam tal-kannol, firelighters (li jissodisfaw
EN1860-3) u sulfarina twila.
5.1. Liema tip ta' faħam tal-kannol għandi nuża?
Dejjem ixgħel l-apparat tiegħek bil-faħam tal-kannol
tradizzjonali, qatt bil-briquettes. Meta l-apparat tiegħek
jinxtegħel, tista' żżid il-briquettes.
Uża faħam tal-kannol ta' kwalità tajba biex tixgħel l-apparat,
preferibbilment faħam tal-kannol li jikkonforma ma' EN 1860-2.
Il-faħam tal-kannol ta' kwalità tajba jikkonsisti f'biċċiet kbar u
jleqqu u ma joħroġx ħafna trab minnu.
Agħlaq il-borża tal-faħam tal-kannol sewwa qabel ma
taħżnu. Dejjem aħżen il-faħam tal-kannol f'post xott,
taħżinx il-faħam tal-kannol f'kantina (basement).
Il-kontenitur tal-faħam jista' jimtela b'massimu ta' 200g
faħam tal-kannol. Mili żejjed tar-reċipjent jista' jikkawża
ħsara serja lill-barbecue tiegħek minħabba s-sħana
estrema.
Tqabbadx injam fil-barbecue tiegħek għax it-
temperatura togħla wisq u tagħmel ħsara lill-barbecue
tiegħek.
5.2. Pass 1: Daħħal il-faħam tal-kannol.
L-iktar passi importanti ta' dan ix-xogħol huma murija
fil-Figuri 2 sa 5 fil-paġna 46. Ipproċedi kif ġej:
1. P oġġi r-reċipjent fl-apparat (Fig. 2).
2. D aħħal il-bażi għall-kontenitur tal-faħam tal-kannol fil-
kontenitur tal-faħam tal-kannol (Fig. 3).
Dan il-pass importanti ħafna jiżgura li l-barbecue
tiegħek jaħdem b'mod korrett u sigur. Jekk taqbeż dan
il-pass jista' jkun hemm ħsara materjali severa.
3. N irrakkomandaw li tuża mass. 150g faħam tal-kannol
u 3 kubi firelighter meta tixgħel l-apparat (Fig. 4).
4. Daħħal il-kontenitur tal-faħam fir-reċipjent (Fig. 5).
www.barbecook.com
25