M
n
Avvża lit-tfal fl-użu korrett tat-tagħmir, u iġbed l-attenzjoni tagħhom fuq kull periklu li
jista' jinħoloq.
n
Ftakar ukoll li minħabba l-istint avventuruż u t-temperament naturali tat-tfal, dawn jist-
għu jiltaqgħu ma' sitwazzjonijiet imprevedibbli li ma jaqgħux taħt ir-responsabbiltà tal-
manifattur.
n
Għalkemm l-użu korrett tat-tagħmir jeskludi perikli diretti fuq it-tfal tiegħek, għandek
madankollu tosservahom waqt li jkunu qed jilagħbu.
n
Għat-tindif u l-kura tal-ġugarell uża biss prodotti ħfief u mhux kawstiċi li jirrispettaw l-
ambjent.
n
Itfa' regolarment ftit taqtiriet żejt fuq il-partijiet li jiċċaqalqu.
n
Noti dwar ir-rimi tal-prodott: Il-prodotti KETTLER huma riċiklabbli. Meta tintemm il-ħa-
jja tal-prodott, iddisponi minnu billi tieħdu għand kumpannija lokali li tiġġestjona l-is-
kart.
Noti dwar l-assemblaġġ
n
Attenzjoni! Żomm il-prodott 'il bogħod mit-tfal waqt l-assemblaġġ (partijiet żgħar li ji-
staw jinbelgħu).
n
Jekk jogħġbok iċċekkja li għandek il-partijiet kollha meħtieġa (ara l-lista ta' kontroll) u li
ma kisbux ħsarat jew ksur waqt it-trasport. Jekk issib raġuni għal xi lment, jekk jogħġ-
bok ikkuntattja lin-negozjant tiegħek.
n
Ħares lejn id-dijagrammi bir-reqqa u assembla l-prodott pass wara pass, hekk kif jidher
fl-istampi. Is-sekwenza ta' ittri kapitali fuq kull dijagramma tindika l-passi ta' kif għan-
du jsir l-assemblaġġ.
n
L-assemblaġġ tat-tagħmir għandu jitwettaq bir-reqqa minn persuna adulta. Jekk ikollok
xi dubju, saqsi l-parir ta' persuna oħra li tkun tifhem fil-qasam.
n
Żomm f' moħħok li ma' kull użu ta' għodda u waqt kull xogħol manwali jeżisti dejjem pe-
riklu potenzjali ta' korriment. Għalhekk oqgħod attent/a u kun prudenti meta twettaq l-
assemblaġġ tat-tagħmir!
n
Aħdem f' ambjent ħieles minn perikli. Eż., tħalli l-ebda għodda tiġri. Iddisponi per
eżempju mill-ipakkjar b'tali mod li ma jikkawża l-ebda periklu. Il-folji/boroż tal-plastik
jistgħu jifggħu lit-tfal!
n
Jekk jogħġbok qabbad l-irbid mingħajr ma tissikka l-viti u kkontrolla li jkunu ġew im-
poġġija kif suppost. Dawwar il-locknuts għall-ewwel b-idejk sakemm tinħass reżistenza
u wara uża spanner biex tissikka sew kontra r-reżistenza (lokk tas-sigurtà). Wara dan il-
pass ta' l-assemblaġġ ikkontrolla li kull vit/bolt ikun ġie ssikkat sew f' postu. Attenzjoni:
Il-locknuts ma jibqgħux tajbin jekk terġa' tħollhom (jinkiser il-lokk tas-sigurtà), u b'hekk
għandek tbiddilhom ma oħrajn ġodda.
Heinz KETTLER GmbH & Co. KG
D
SERVICECENTER
Henry-Everling-Str. 2
D-59174 Kamen
www.kettler.de
+49 (0)2307 974-2111
+49 (0)2307 974-2295
Mail: service.sport@kettler.net
45