Avviżi Importanti
M
Jekk jogħġbok aqra dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa qabel l-asse-
blaġġ u l-ewwel użu. Fihom issib informazzjoni importanti dwar is-
sigurtà tiegħek, kif ukoll dwar l-użu u l-manutenzjoni ta' dan il-
prodott KETTLER. Erfa' dawn l-istruzzjonijiet f' post sigur għal meta
tiġi bżonnhom, sabiex tagħmel manutenzjoni fuq il-prodott u biex
tordna partijiet ta' rikambju.
Dan il-prodott KETTLER ġie mibni skond l-aħħar regolamenti tas-sikurezza u
għadda minn monitoraġġ kontinwu ta' kwalità. Fl-iżvilupp tal-prodott nużaw l-
għarfien u l-esperjenza kollha tagħna. Għal din ir-raġuni, nirriżervaw id-dritt li
nagħmlu bidliet fid-disinn u t-teknoloġija biex nipprovdu lill-klijenti tagħna de-
jjem prodott ta' l-aqwa kwalità. Jekk madankollu ssib raġuni għal xi lment, jekk
jogħġbok ikkuntattja n-negozjant tiegħek.
Għas-sigurtà tiegħek
n
Din l-iswing bord tista' tintuża biss għall-għan intiż tagħha, ċioè bħala aċċessorju li jid-
dendel ma' frejm tal-bandli tad-ditta KETTLER mibni fis-sena 2006 jew aktar reċenti.
Huwa projbit u potenzjalment perikoluż kull użu ieħor tagħha. Il-manifattur ma jistax
jinżamm responsabbli għal danni kkawżati mill-użu mhux xieraq.
n
ATTENZJONI! Għal użu domestiku biss. It-twaqqif tat-tagħmir huwa permess biss fuq
barra u unikament fl-isfera domestika u privata. Mhux permess l'użu fi playgrounds
pubbliċi u semi-pubbliċi, u lanqas f'kindergartens.
n
Il-post fejn jitqiegħed it-tagħmir għandu jintgħażel bit-tali mod li jkun hemm biżżejjed
distanza ta' sikurezza (mhux anqas minn 2 m) minn ostakli bħal ħitan, ċnut u siġar. Kemm
jista' jkun twaqqafx it-tagħmir fil-viċinanza immedjata ta' passaġġi ewlenin (mogħdijiet,
bibien, kuriduri). Jekk jogħġbok irreferi għall-figura dwar iż-żona ta' sikurezza!
n
Ftakar li meta jintużaw bandli, strutturi tal-logħob għat-tixbit, triċikli, eċċ, jeżisti dejjem
ir-riskju ta' waqgħat, tfixkil, u perikli oħra.
n
L-art fiż-żona ta' sikurezza u ta' fejn ikunu qegħdin jilagħbu t-tfal għandha tkun livell u
tikkonsisti minn kisi lixx (mhux madum) li jassorbi l-impatti tal-waqgħat.
n
Iżgura li l-partijiet li jitbandlu ikunu maqtugħin ta' l-anqas 40 cm mill-art.
n
Komponenti difettużi jistgħu jipperikolaw is-sigurtà tat-tfal u jikkompromettu l-ħajja tal-
prodott. Iċċekkja l-komponenti kollha ghal kull ħsarat u ghal konnessjonijiet maħlula qa-
bel il-bidu ta' l-istaġun u f' intervalli ta' xahar - xahrejn (skond il-frekwenza ta' l-użu).
n
Ibdel dawk il-komponenti difettużi/mikula immedjatament u warrab il-prodott mill-użu
sakemm issir it-tiswija meħtieġa. Skond il-ħtieġa, għandhom dejjem jintużaw partijiet
oriġinali KETTLER.
n
It-tagħmir ġie akkreditat mit-TÜV u jġorr il-marka "GS".
n
Kull tiswija jew alterazzjoni skorretta (tneħħija ta' partijiet oriġinali, żieda ta' komponenti
oħra, eċċ) tista' tkun ta' periklu għall-utent. Tagħmilx modifikazzjonijiet fuq it-tagħmir, u
speċjalment fuq il-komponenti tat-tbandil.
n
L-użu tat-tagħmir huwa permess għal tfal b'piż ta' mhux aktar minn 50 kg (madwar 14-
il sena).
n
Jekk jogħġbok kun ċert/a illi l-ġugarell jintuża biss minn tfal b'kapaċitajiet xierqa. Tinsiex
li fl-aħħar mill-aħħar inti ġġorr ir-responsabbiltà sabiex ma jkunx hemm korrimenti waqt
il-logħob.
Użu
n
Iżgura li t-tfal ma jilagħbux bil-ġugarell qabel ma l-assemblaġġ ikun ġie mwettaq u kon-
trollat b'mod xieraq minn persuna adulta.
44