SIMATIC
ET 200eco PN
Użu ta' l-ET 200eco PN fiż-Żona 2/ Żona 22, fejn hemm
riskju ta' splużjoni
Informazzjoni dwar il-Prodott
Siemens toffri prodotti u soluzzjonijiet b'funzjonijiet ta' sigurtà industrijali li jikkontribwixxu għat-tħaddim sigur ta' impjanti,
sistemi, magni u netwerks.
Sabiex jiġu protetti l-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks kontra t-theddid ċibernetiku, huwa meħtieġ li jiġi implimentat
(u jiġi aġġornat kontinwament) kunċett komprensiv ta' sigurtà industrijali tal-aħħar teknoloġija. Il-prodotti u s-soluzzjonijiet
ta' Siemens jiffurmaw parti minn kunċett bħal dan.
Ir-responsabbiltà għall-prevenzjoni ta' aċċess mhux awtorizzat fl-impjanti, is-sistemi, il-magni u n-netwerks hija tal-klijenti.
Dawn is-sistemi, il-magni u l-komponenti għandhom jitqabbdu man-netwerk tal-kumpanija jew mal-Internet biss jekk u sal-
punt li dan ikun meħtieġ u dejjem jekk jittieħdu miżuri protettivi xierqa (eż. firewalls u/jew segmentazzjoni tan-netwerk).
Għal aktar informazzjoni dwar il-miżuri protettivi li jistgħu jittieħdu fil-qasam tas-sigurtà industrijali żur hawn
(https://www.siemens.com/industrialsecurity).
Il-prodotti u s-soluzzjonijiet ta' Siemens jiġu żviluppati kontinwament biex isiru saħansitra aktar siguri. Siemens tirrakkomanda
espressament li tinstalla l-aġġornamenti tal-prodott malli jkunu disponibbli u li tuża biss il-verżjonijiet l-aktar reċenti tal-
prodott. L-użu ta' verżjonijiet skaduti jew mhux appoġġati jista' jżid ir-riskju ta' theddid ċibernetiku.
Għal informazzjoni kontinwa dwar l-aġġornamenti tal-prodotti, irreġistra mal-RSS feed ta' Siemens Industrial Security hawn
(https://www.siemens.com/industrialsecurity).
Introduzzjoni
Din l-informazzjoni dwar il-prodott għandha tagħrif importanti li jirrigwarda l-installazzjoni tat-Tagħmir Periferali
Deċentralizzat ET 200eco PN fiż-Żona 2/ Żona 22, fejn hemm riskju ta' splużjoni.
© Siemens AG 2013 - 2021. Id-drittijiet kollha riżervati
83
A5E03879075-AC, 12/2021