Siemens 1LA 1LB Mise En Service page 21

Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 4
1 Tagħrif ġenerali
Xi partijiet mill-muturi ta' l-elettriku huma perikolużi billi fihom
vultaġġ u partijiet li jduru. Hemm xi uċuħ li jistgħu jilħqu temperaturi
għoljien ukoll. Kull xogħol li jsir waqt il-ġarr, konnessjoni, tħaddim u
waqt
manteniment
regolari
responsabbli u kwalifikati (nota VDE 0105; IEC 364). In-nuqqas ta'
osservanza tista' tikkaġuna feriment serju fil-persuni u ħsara fil-
propjetà. Ir-regolamenti nazzjonali, lokali u tax-xogħol fis-seħħ
għandhom jiġu mħarsa.
2 Użu maħsub
Dawn il-muturi huma intiżi għal installazzjonijiet kummerċjali. Huma
konformi ma' l-istandards armonizzati tas-serje EN60034 (VDE 0530).
L-użu tagħhom f'inħawi fejn jista' jkun hemm periklu ta' splużjoni
m'huwiex permess, kemm-il darba ma jkunux maħsuba b'mod
speċifikament għal dak l-iskop (ara noti addizzjonali). F' ċertu każi
speċjali, per eżempju, waqt l-użu ta' installazzjonijiet mhux
kummerċjali, huwa assolutament meħtieġ li jkun hemm miżuri
supplimentari aktar stretti, (eż. protezzjoni mill-kuntatt ta' swaba tat-
tfal). Dawn il-miżuri jridu jitwettqu mill-klijent li jiżgura konformità
waqt l-installazzjoni ta' tagħmir.
Il-muturi huma magħmula għal temperaturi ambjentali ta' bejn -20°C
to +40°C (2KG: -20°C to +40°C) u f' postijiet b'altitudni ta' ≤ 1000 m
'l fuq mill-livell tal-baħar. Kull tagħrif li tidher fuq il-pjanċa trid tiġi
mħarsa. Il-kundizzjonijiet fuq is-sit iridu jikkorispondu ma' kull
speċifikazzjoni li hemm fuq il-pjanċa ta' tħaddim.
Muturi ta' vultaġġ baxx huma komponenti li jagħmlu parti minn
makkinarju skond it-termini tad-direttiva fuq il-Magni 89/392/KEE.
M'għandux ikun hemm tħaddim sakemm ikun ġie ppruvat li l-
prodott finali huwa konformi ma' din il-linja gwida (jekk jogħġbok
ara nota EN 60204-1).
3 Trasport u ħażna
F'każ ta' ħsara stabbilita li ġrat wara l-konsenja, din għandha tiġi
rrapportata minnufih lill-kumpanija tal-ġarr. Jekk jista' jkun l-impjant
m'għandux jitħaddem. Waqt il-ġarr kull għajn ta' irfigħ disponibbli fil-
mutur irid jintuża, u kull irbit irid isir sew! Dawn l-għajnejn huma
maħduma u magħmula biex iġorru l-piż tal-mutur biss. M'għandekx
tgħabbi aktar. Jekk hemm bżonn uża mezzi xierqa ta' trasport
mdaqqsa (per eżempju, gwidi tal-ħbula).
Qabel ma tipproċedi, neħħi l-maqfel tal-ġarr;
terfagħhom billi tista' tużhom mill-ġdid għal ġarr sussegwenti. Jekk il-
muturi għandhom jiġu maħżuna huwa importanti li dan isir f'
ambjent xott, mingħajr trab u ta' vibrazzjoni baxxa (v
(sabiex jiġi evitat ħsara mill-waqfien). Fuq ħażna ta' perjodu twil, l-
effett ta' griż fuq il-berings jitnaqqas.
L-istat ta' griż għandu jiġi ċċekjat meta l-ħażna tkun ta' aktar minn 12-
il xahar. Jekk jiġi stabbilit li l-griż huwa kkontaminat (penetrazzjoni ta'
ilma ta' kondensament li jwassal għal bidliet fil-konsistenza ta' griż) il-
griż irid jiġi mibdul.
Reżistenza ta' l-iżolament
Ir-reżistenza ta' l-iżolament minima ta' koljaturi ġodda, mnaddfa
jew irranġati għandha tkun ta' 10 MΩ ma' l-ert
Iċċekja r-reżistenza ta' l-iżolament qabel tħaddem. Għal vultaġġ
ppjanat ta' valuri anqas minn ≤ 0.5 MΩ/kV nixxef il-koljaturi.
4 Installazzjoni
Wara l-installazzjoni l-għajnejn ta' l-irfigħ għandhom jew jiġu invitati u
s-sikkati 'l ġewwa jew inkella maqlugħa!
Iżgura li l-wiċċ ta' taħt ikun ċatt, fuq bażi soda jew żmarrat sew u alinejat
b'mod perfett għal akkoppjar dirett. Huwa importanti li jiġi żgurat li l-
kundizzjonijiet ta' immontar ma jikkaġunawx reżonanza mal-
frekwenza ta' tidwir u l-frekwenza ta' forniment doppju. Dawwar ir-
rotor bl-idejn għal xi ħsejjes żaqżieqa mhux tas-soltu. Iċċekja għad-
direzzjoni ta' tidwir meta jkun skonnettjat (ara nota f'sezzjoni 5).
Immonta jew neħħi komponenti biss (ċinga tat-taljola, igganċjar, eċċ.)
b'għodda xierqa (msaħħna), u għatti biex tipproteġi mill-kuntatt.
Evita li tuża tensjonijiet fuq ċineġ mhux permissibli (ara l-katalgu u l-
informazzjoni teknika).
Ekwilibriju: ara t-tarf fil-wiċċ tax-xaft jew il-pjanċa ta' klassifikazzjoni
(H = ekwilibriju b'nofs ċavetta, F = ekwilibriju b'ċavetta sħiħa, N =
ekwilibriju mingħajr ċavetta ta' aġġustament)
DIN IEC ISO 8821. Iċċekja l-ekwilibriju meta tqiegħed l-element ta'
tħaddim!
Għal użu jew ħażna fuq barra, huwa rakkomandat li l-mutur
jitqiegħed taħt oġġett kenni jew jiġi mgħotti b' kopertura supplimentari
li tilqa' għal effetti fit-tul ta' xemx diretta, xita, silġ, borra jew trab. Fejn
it-truf tax-xaft iħarsu 'l fuq, m'għandux jitħalla li jidħol l-ilma tul ix-xaft.
Timblokkax il-ventilazzjoni! L-arja maħruġa 'l barra, anke minn
tagħmir fil-viċin m'għandhiex terġa tinġibed 'l ġewwa minnufih.
© Siemens AG. All Rights Reserved
jrid
jitwettaq
minn
speċjalisti
Dawn għandek
≤ 0.2 mm/s)
r m s
10/2006, Order No. 5 610 70000 38 006 b
Malti
5 Konnessjoni elettrika
Ix-xogħol għandu jsir biss minn speċjalisti kkwalifikati fuq il-mutur
wieqaf, waqt li jkun skonnetjat, u li ma jistax jinxtegħel. Dan
jgħodd ukoll għal ċirkuwiti awżiljarji ta' l-enerġija elettrika (eż. ħijters
li jaħdmu kontra l-kondensazzjoni).
Iċċekja li t-tagħmir m'għandux vultaġġ!
Jekk il-limiti ta' tolleranza li hemm speċifikati f'EN 60034, part 1 /
IEC 34-1 (vultaġġ ± 5%, frekwenza ± 2%, għamla tal-kurva, simetrija)
jinqabżu, l-effett ta' sħana jiżdied u l-kompatibilità elettromanjetika
tiġi affetwata. Jekk jogħġbok innota l-ispeċifikazzjonijiet fuq il-pjanċa
ta' tagħrif u d-dijagramma ta' konnessjoni li tinsab fil-każella ta'
terminali.
Il-konnessjonijiet iridu jsiru b'mod li jiżguraw li tinżamm konnessjoni
elettrika sikura b'mod permanenti (ma jridx ikun hemm truf ta'
wajers ħerġin); uża t-truf ta' kejbils korrispondenti. Oħloq konnessjoni
li hija kontinwament ertjata b'mod sikur.
Ara Fig. 1 għat-torki ta' ssikkar għal konnessjonijiet fuq il-pjanċa
terminali.
Spazji ħielsa fl-arja bejn partijiet li minnhom nfushom huma mikxufa
ħajjin u bejn partijiet mikxufa ħajjin u l-ert iridu jkunu ta' ≥ 5,5 mm
≤ 690 V) .
(U
rated
Għandu jiġi żgurat li l-każella ta' terminali ma jkunx fiha frak barrani,
ħmieġ jew umdità. Issiġilla kull dħul ta' kejbil mhux użat kontra t-trab u l-
ilma.
Kull ftuħ fil-każella tat-terminali (see DIN 42925), u kull dħul miftuħ
ieħor irid jiġi ssiġillat b' O-ring jew gaskit ċatt xieraq, u l-każella tat-
terminali nnifisha trid tiġi ssiġillata bis-siġill oriġinali sabiex la jidħol
trab u l-anqas ilma. .
Ara Fig. 2.1 għat-torki ta' ssikkar għal glandoli tal-kejbil u Fig. 3 għal
viti l-oħra.
Waqt kull prova ta' ħidma mingħajr il-komponenti ta' tħaddim kun
żgur li tqiegħed iċ-ċavetta.
Għal muturi bi frenijiet, iċċekja li l-frenijiet qed jaħdmu b'mod perfett
qabel ma tħaddem.
6 Ħidma
Livelli ta' vibrazzjoni ta' v
r m s
mm/s (P
> 15 kW) huma tajbin waqt il-ħidma akkoppjata.
N
Jekk ikun hemm devjazzjonijiet mill-ħidma normali - eż. żjieda fit-
temperatura, ħsejjes, vibrazzjoni – il-mutur għandu jintefa f'każ ta'
dubju. Istabilixxi l-kawżi u għamel kuntatt mal-manifattur, jekk hemm
bżonn. Tiskonettjax tagħmir ta' protezzjoni, anke jekk taħt prova ta'
ħidma.
F'kundizzjonijiet ta' ħidma fil-ħmieġ, naddaf il-kanali ta' l-arja b'mod
regolari. Iftaħ it-toqob ta' l-ilma kkondensat minn żmien għal żmien!
Irrespettivament mis-siegħat ta' ħidma, kull mutur li qed jintuża
għandu jkollu l-bering tiegħu mibdul kull tlett snin minħabba t-
tnaqqis ta' effettività tal-griż.
Għal muturi mingħajr dispożittiv għat-tqegħid ta' griż mill-ġdid,
berings u/jew griż għandhom jiġu mibdula mill-ġdid skond l-
istruzzjonijiet tal-manifattur ta' l-anqas kull tlett snin.
Għal muturi b'dispożittiv ta' tqegħid ta' griż mill-ġdid, l-istruzzjonijiet li
hemm fuq il-pjanċa tat-tagħrif fuq il-lubrikazzjoni għandhom jiġu
osservati! It-tqegħid ta' griż mill-ġdid irid jitwettaq fuq muturi
mħaddma!
Fil-każ ta' muturi li għandhom berings bir-rombli ċilindriċi għal
ikkargar radjali ogħla, ħsara tiġi kkaġunata meta l-ħidma tkun anqas
mill-minimu mill-istress radjali. L-istress radjali irid ikun minimu ta' 30
% mill-istress radjali permess waqt l-impjieg (ara katalogu).
Fil-każ ta' muturi b'ventilazzjoni separata, il-fann imħaddem b'mod
separat irid jiġi mixgħul waqt l-impjieg sħiħ tal-mutur.
7 Għal aktar tagħrif
Tagħrif dwar tagħmir addizzjonali, bħal struzzjonijiet differenti
mingħand il-fabbrikant għal konnessjonijiet tal-kejbils, li jinkludu
elementi ta' siġġillar, għandhom jiġu mħarsa. Aktar tagħrif huwa
disponibbli fl-istruzzjonijiet dettaljati ta' ħidma u żamma. Fuq talba
jista' jintbagħad aktar tagħrif jekk tgħidilna t-tip u n-numru tal-
magna, jew tista' ssib dawn fis-sit taħt
Dawn in-noti fuq sigurtà u tħaddim għandhom jinżammu għal
kull referenza li tista' tiġi bżonn fil-futur!
≤ 3.5 mm/s (P
≤ 15 kW) jew v
N
www.siemens.com/motors.
MT
≤ 4.5
r m s
21

Publicité

Table des Matières
loading

Table des Matières