Télécharger Imprimer la page

Formlabs Dental LT Comfort Resin Mode D'emploi page 44

Publicité

Qabel tibda tistampa, aqra l-Manufacturing Guide u d-dental applications guide ta' dan il-materjal li
tista' ssibhom billi żżur support.formlabs.com. Dawn se jgħinuk tifhem is-suġġerimenti għall-istampar
u l-ipproċessar ta' dan il-materjal u dak li hu meħtieġ biex tiżgura li dan il-materjal jintuża kif suppost
u b'mod sigur. Għal informazzjoni dettaljata dwar is-sigurtà u l-effetti tal-prodott fuq l-ambjent,
aqra s-Safety Data Sheet li tista' tinkiseb minn support.formlabs.com.
I. Daħla u Istruzzjonijiet għall-Użu
DAĦLA U SKOP TAL-PRODOTT
Dental LT Comfort Resin huwa raża msejsa fuq il-polimeri li jinxef bid-dawl u li tfassal biex jintuża għall-
ħolqien ta' apparat tas-snien u ortodontiku li jista' jinbena saff saff u li jkun bijokompatibbli, jista' jintuża
fit-tul u li jista' jinqala' bħal pereżempju: apparat għal kontra t-theżżiż tas-snien, apparat għal-lejl,
żammiema tal-post tas-snien, żammiema tal-ispazju u/jew apparat għat-tibjid tas-snien.
STRUZZJONJIET GĦALL-UŻU
Meta jintuża biex jistampa apparat tas-snien u apparat ortodontiku bħal apparat għal kontra t-theżżiż
tas-snien, apparat għal-lejl, żammiema tal-post tas-snien u żammiema tal-ispazju, Dental LT Comfort Resin
huwa maħsub għat-trattament tal-pazjenti b'kundizzjonijiet marubta mat-theżżiż tas-snien u t-trattament
ortodontiku. Jista' jintuża wkoll biex tistampa apparat għat-tibjid tas-snien għal proċeduri tas-snien bħal
pereżempju dawk marbuta ma' problemi tad-dehra.
META M'GĦANDEKX TUŻA L-PRODOTT
Dental LT Comfort Resin m'għandux jintuża jekk il-pazjent ikun allerġiku jew sensittiv iżżejjed għall-
materjali tar-raża tal-fotopolimeri. F'każ ta' reazzjoni allerġika, waqqaf l-użu minnufih u kellem tabib.
PAZJENTI LI L-PRODOTT MAĦSUB GĦALIHOM
Il-pazjenti u dawk kollha li tabib ordnalhom trattament marbut mal-iskop tal-prodott.
MIN GĦANDU JUŻA L-PRODOTT
Dentisti u ortodontisti li joħolqu l-apparat tas-snien u l-apparat ortodontiku.
BENEFIĊĊJU KLINIKU
Il-benefiċċju kliniku ta' Dental LT Comfort Resin huwa li jista' jintuża biex tistampa apparat tas-snien
jew apparat ortodontiku 3D bħal pereżempju apparat għal kontra t-theżżiż tas-snien, apparat għal-lejl,
żammiema tal-post tas-snien u apparat għat-tibjid tas-snien.
II. Sigurtà
TWISSIJIET MARBUTA MAR-RAŻI
Dental LT Comfort Resin (mhux imnixxef) fih monomeri li jistgħu jiġu polimerizzati.
Għat-twissijiet marbuta mar-rażi likwidi, jekk jogħġbok aqra s-Safety Data Sheet ta'
Dental LT Comfort Resin billi żżur support.formlabs.com.
TWISSIJIET MARBUTA MAL-UŻU TAR-RAŻA
Int u taħdem bir-raża għandek dejjem tilbes nuċċalijiet protettivi u ingwanti tan-nitril. Għal iktar
informazzjoni dwar kif għandek taħdem bid-Dental LT Comfort Resin, jekk jogħġbok aqra s-Safety
Data Sheet billi żżur support.formlabs.com.
INFORMAZZJONI GĦAS-SIGURTÀ TAL-PAZJENTI
Il-pazjent għandu jgħarraf lit-tabib b'kull allerġija jew sensittività għar-raża tal-fotopolimeri li
jkun jaf biha.
F'każ ta' reazzjoni allerġika, waqqaf l-użu minnufih u kellem tabib.
Tużax l-apparat jekk ikun fih xi ħsarat jew xquq.
Jekk ikun tkagħbar jew ħżien ħafna u/jew jitfaċċaw xi toqob fih, l-apparat għandu jinbidel biex
tevita li jinkiser u/jew li jwassal għal korriment.
Kemm idum tajjeb il-prodott jiddependi mill-pazjent, biss l-apparat għandu dejjem jinbidel mill-
inqas darba kull sitt xhur. L-apparat għat-tibjid tas-snien għandu jinbidel wara kull trattament bil-bliċ.
Biex l-apparat iservi kemm jista' jkun fit-tul, il-pazjenti għandhom jiġu mgħallma kif jieħdu ħsiebu u
kif inaddfuh u jaħżnuh sew.

Publicité

loading