Télécharger Imprimer la page

Honeywell IMPACT PRO Mode D'emploi page 50

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 18
ISTRUZZJONIJIET GĦALL-UTENT
MT
FUNZJONI
L-IMPACT® PRO INDUSTRIAL jamplifika l-ħsejjes
tal-madwar bħal vuċijiet, magni u sinjali ta'
twissija, għal livelli siguri, u fl-istess ħin jipprovdi
protezzjoni tajba għas-smigħ. Ħsejjes qawwija
ta' impulsi jiġu mblukkati b'mod effettiv u jkunu
limitati għal livelli bla periklu. Il-mikrofoni
stereo uniċi (3) jippermettu li wieħed ikun jaf id-
direzzjoni tal-ħsejjes ambjentali, u jtejbu l-ħiliet
ta' komunikazzjoni u jagħmlu lil dak li jkun konxju
tal-madwar. Din l-earmuff hi pprovduta b'audio
jack input elettriku għall-konnessjoni ma' MP3
players, mobile phones u radio scanners.
ISTRUZZJONIJIET DWAR KIF
TĦADDIMHA
Biex tiftaħ il-kompartiment tal-batterija (stampa
1): Imbotta fuq il-ġnub tal-għatu tal-batterija, u
mbagħad żerżqu 'il fuq bis-swaba' l-kbar. Daħħal
żewġ batteriji tat-tip LR03 1.5 V AAA (inklużi).
Kun żgur li l-poli + u – ikunu fil-pożizzjoni korretta.
Aċċerta ruħek li l-għatu tal-batteriji jkun magħluq
kompletament.
Biex tneħħi l-batteriji (stampa 1a): Uża għodda li
ma taqtax biex bil-mod taqla' l-batteriji 'il fuq u 'l
barra mill-kompartiment tal-batteriji.
ISTRUZZJONIJIET BIEX TILBISHA
1.
Estendi l-headband qabel l-użu. Poġġi
l-earcups fuq il-parti ta' barra tal-widna,
bl-on/off wheel li trid tkun fuq in-naħa tax-
xellug (stampa A).
2.
Aġġusta l-crown headband billi ċċaqlaqha 'l
fuq u 'l isfel fis-side headbands (stampa B).
3.
L-ear cushions għandhom jissiġillaw b'mod
sod mar-ras. (stampa C). Għall-aħjar riżultati,
neħħi x-xagħar kollu minn taħt il-cushion.
It-tnaqqis tal-ħsejjes se jiġi affettwat ħażin
minn kwalunkwe ħaġa li tfixkel is-siġill
tal-earmuff cushions mar-ras, bħal frames
ħoxnin tan-nuċċalijiet, kpiepel, eċċ.
ISTRUZZJONIJIET IMPORTANTI
GĦALL-UTENT
1.
L-earmuffs għandhom jiġu ffittjati, aġġustati
u miżmuma skont l-istruzzjonijiet.
2.
L-earmuffs għandhom jintlibsu l-ħin kollu
f'postijiet storbjużi.
3.
L-earmuffs għandhom jiġu eżaminati
regolarment biex tiċċekkja jekk ikunx hemm
bżonn li jinbidlu.
50
4.
L-earmuffs għandhom jitnaddfu u jiġu ddiżinfettati bis-sapun u ilma sħun. Ma jridux
jiġu mgħaddsa fl-ilma.
5.
L-earmuffs, u b'mod partikulari il-cushions, jistgħu jiddeterjoraw bl-użu, u għandhom
jiġu eżaminati f'intervalli frekwenti għal sinjali ta' xedd u kedd, pereżempju, xquq jew
li l-ħsejjes ikunu jinstemgħu. Cushions ta' sostituzzjoni huma disponibbli. Biex tibdel
il-cushions, kemm tiġbed il-qodma 'l barra u tpoġġi l-ġodda minflokhom. Biex tordna
ear cushions ġodda, jekk jogħġbok ara l-informazzjoni dwar il-kit tal-iġjene.
6.
It-tqegħid ta' hygiene covers fuq il-cushions jista' jaffettwa l-prestazzjoni akustika
tal-earmuffs.
7.
Qabel u wara l-użu, aħżen f'post xott.
8.
Il-prodott jista' jiġi affettwat ħażin minn ċerti sustanzi kimiċi. Aktar informazzjoni
għandha tintalab mingħand il-manifattur.
9.
L-earmuff hi pprovduta b'attenwazzjoni li tiddependi fuq il-livell ta' ħoss. Min jilbisha
għandu jiċċekkja li tkun taħdem kif suppost qabel l-użu. Jekk jinstabu distorsjoni jew
ħsara, min jilbisha għandu jirreferi għall-parir tal-manifattur dwar il-manutenzjoni
dwr kif għandu jibdel il-batteriji.
10. Twissija - il-prestazzjoni tista' tiddeterjora mal-użu tal-batterija. Il-perjodu tipiku ta'
użu kontinwu li jista' jkun mistenni hu ta' 350 siegħa.
11. Is-sinjal tal-output tas-sound restoration circuit ta' dan il-hearing protector ma jaqbiżx
il-valuri li huma magħrufa li jikkostitwixxu riskju għas-smigħ.
12. Twissija – għal livelli esterni aktar baxxi, il-livell tal-ħoss taħt l-earmuff jista' jaqbeż
il-livell estern (amplifikazzjoni). Ara l-graph "Karatteristiċi tar-restoration tal-ħoss"
fil-paġna li jmiss.
13. Għall-istima tal-attenwazzjoni effettiva ta' din l-earmuff, l-emissjoni addizzjonali tal-
ħoss mill-amplifikazzjoni tal-ħoss, għandha tiġi kkunsidrata. Il-livell stmat tal-livell ta'
ħoss A-weighed taħt l-earmuff fil-modalità passiva m'għandux ikun akbar minn 82
dB(A).
14. Il-wind protector tal-mikrofonu, li jelimina l-ħsejjes tar-riħ, eċċ., għandu jinżamm nadif
u jinbidel meta jkun meħtieġ.
15. Din l-earmuff hi pprovduta b'audio input jack elettriku. Min jilbisha għandu jiċċekkja
li tkun taħdem kif suppost qabel l-użu. Jekk jinstabu distorsjoni jew ħsara, min jilbisha
għandu jirreferi għall-parir tal-manifattur.
16. Jekk ir-rakkomandazzjonijiet imsemmija hawn fuq ma jiġux segwiti, il-protezzjoni u
l-funzjoni pprovduti mill-earmuffs tista' titnaqqas b'mod sever.
17. Din l-earmuff hi pprovduta b'attenwazzjoni li tiddependi fuq il-livell ta' ħoss.
18. Il-hearing protector jipprovdi faċilità ta' entertainment audio.
19. L-earmuff tipprovdi limitazzjoni livell ta' pressjoni tal-ħoss tas-sinjal tal-audio, u tillimita
l-entertainment audio signal għal 82 dB (A) effettivi lill-widna.
20. Għandhom jintużaw earmuffs għall-protezzjoni mill-istorbju, l-użu maħsub tal-
earmuffs huwa biss għal protezzjoni tas-smigħ u m'għandhomx jintużaw għal xi skop
ieħor.
21. META MA JIBQGĦUX JINTUŻAW AKTAR
Il-prodotti Honeywell kollha tal-polyurethane u tal-protezzjoni tas-smigħ termoplastiċi
jibqgħu f'kondizzjoni tajba fir-rigward tal-ħajja tal-prodott fuq l-ixkaffa sakemm
il-prodott jinħażen f'maħżen taħt kondizzjonijie ikkontrollati. M'hemm l-ebda
deterjorament bl-espożizzjoni għall-ultravjola.
Għal Earmuffs: Umdità ta 'inqas minn 80%, Temperatura 0ºC sa 55ºC
22. Dikjarazzjoni ta' Konformità tal-UE tista' titniżżel minn
https://doc.honeywellsafety.com

Publicité

loading