Approvazzjonijiet Tal-Aġenzija Regolatorja - 3M MicroTouch C1500SS Guide D'installation

Masquer les pouces Voir aussi pour MicroTouch C1500SS:
Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 139
271
Approvazzjonijiet tal-Aġenzija Regolatorja
Il-C1500SS Display jikkonforma mal-istandards regolatorji li ġejjin:
 FCC-B
 CE
 UL/cUL
 C-Tick
Dan it-tagħmir ġie ttestjat u nstab li jikkonforma mal-limiti għal tagħmir diġitali tal-
Klassi B, skont il-Parti 15 tar-regoli FCC. Dawn il-limiti huma mfassla biex jagħtu
protezzjoni raġonevoli kontra interferenza li tagħmel il-ħsara fl-installazzjonijiet
residenzjali. Dan it-tagħmir jiġġenera, juża u jista' jirradja enerġija tal-frekwenza tar-
radju, u jekk ma jiġix installat u jintuża skont l-istruzzjonijiet, jista' jikkawża interferenza
li tagħmel il-ħsara lill-komunikazzjonijiet tar-radju. Madankollu, ma hemm l-ebda
garanzija li ma sseħħx interferenza f'installazzjoni partikulari. Jekk dan it-tagħmir
jikkawża interferenza lir-riċezzjoni ta' tagħmir tar-radju jew tat-televiżjoni, li jista' jiġi
ddeterminat billi titfi u tixgħel it-tagħmir, l-utent huwa mħeġġeġ jipprova jikkoreġi l-
interferenza permezz ta' waħda jew iżjed minn dawn il-miżuri li ġejjin:
 Erġa' orjenta jew ippożizzjona l-antenna li qed tirċievi s-sinjal.
 Ċaqlaq it-tagħmir 'il bogħod mir-riċevitur.
 Ikkonsulta n-negozjant jew tekniku esperjenzat tar-radju/televixin għal suġġerimenti
addizzjonali.
 Inti avżat li kull tibdil jew modifika għat-tagħmir li mhijiex approvata espressament
mill-parti responsabbli għall-konformità tista' tħassar l-awtorità tiegħek li tħaddem it-
tali tagħmir.
 Dan l-apparat diġitali tal-Klassi B jilħaq ir-rekwiżiti kollha tar-Regolamenti Kanadiżi
dwar Tagħmir li Jikkawża Interferenza.
 Cet appareil numérique de la classe B respecte toutes les exigences du Règlement sur
le matériel brouilleur du Canada.
 Dan it-tagħmir jikkonforma mal-Parti 15 tar-regoli tal-FCC: It-tħaddim huwa soġġett
għaż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (1) Dan it-tagħmir ma jistax jikkawża interferenza
li tagħmel il-ħsara, u (2) dan it-tagħmir irid jaċċetta kull interferenza li jirċievi,
inkluża interferenza li tista' tikkawża operazzjoni mhux mixtieqa.
 Sabiex jintlaħqu l-limiti ta' emissjoni tal-FCC iridu jintużaw kejbils u konnetturi
protetti u ertjati sew. It-3M Touch Systems mhijiex responsabbli għal kwalunkwe
interferenza tar-radju jew tat-televiżjoni kkawżata mill-użu ta' kejbils u konnetturi
oħrajn minbarra dawk rakkomandati jew minn bidliet jew modifiki mhux awtorizzati
għal dan it-tagħmir. Kull tibdil jew modifika mhux awtorizzata tista' tħassar l-awtorità
tal-utent li jħaddem dan it-tagħmir
TSD-30219
Gwida għall-Installazzjoni għal 3M™ MicroTouch™ Display C1500SS
Rev F

Publicité

Table des Matières
loading

Table des Matières