268
KAPITOLU 4
Manutenzjoni u Solvien ta' Problemi
Kif Iżżomm it-Touch Display Tiegħek
Żomm id-displej u t-touch sensor nodfa
Aġġusta l-kontrolli tal-vidjow tad-displej. Irreferi għal Kapitolu 3 għal aktar
informazzjoni.
Tinstallax id-displej f'post fejn il-ventilazzjoni hija ostakolata. Dejjem żomm
ventilazzjoni tajba sabiex tevita li d-displej jisħon iżżejjed u tiżgura li jaħdem b'mod
affidabbli u kontinwu.
Kura u Tindif tat-Touch Sensor
3M Touch Systems tirrakomanda li inti tnaddaf il-wiċċ tat-touch sensor tal-ħġieġ
perjodikament.
Tipikament, soluzzjoni tal-alkoħol tal-isopropil u tal-ilma bi proporzjon ta' 50:50 hija l-
aħjar aġent biex tnaqqad it-touch sensor tiegħek Kun ċert li ssegwi l-prekawzjonijiet u d-
direzzjonijiet għall-użu tal-manifattur tas-solvent qabel tuża xi wieħed.
Huwa importanti li tevita kimiċi kawstiċi fuq it-touch sensor. Tużax soluzzjonijiet
ibbażati fuq il-ħall.
Dejjem xarrab il-biċċa u mbagħad naddaf is-sensor.
Applika l-aġent tat-tindif b'biċċa ratba mingħajr tnietex. Evita li tuża biċċiet
imrammla
Dejjem qandel it-touch sensor b'attenzjoni. Tiġbidx jew tagħmel pressjoni fuq il-flex
tail.
TSD-30219
Gwida għall-Installazzjoni għal 3M™ MicroTouch™ Display C1500SS
Rev F