Gwida għall-Utent għal 3M™ MicroTouch™ Display M1500SS
Figura 3 Kif Tiżmonta l-Ġog u l-Bażi minn mal-Montatura tad-Driegħ
Opzjoni ta' Mmuntar fuq Wiċċ ta' Bank
Slotts bit-toqob fil-qiegħ tal-pjanċa tal-bażi jippermettuk twaħħal l-unità fis-sod mal-
wiċċ ta' skrivanija jew il-wiċċ ta' bank. Uża viti standard fil-wiċċ tal-iskrivanija jew fil-
wiċċ tal-bank u mbagħad żerżaq il-pjanċa tal-bażi fuqhom biex twaħħal fis-sod.
Avviż: Mudell tad-daqs sħiħ huwa inkluż fuq wara ta' dan il-manwal għall-konvenjenza
tiegħek.
Figura 4 Slotts tal-Immuntar bit-Toqob
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
Pass 1 -- Iftaħ il-lok tal-ġog. Bl-unità mimduda tħares 'l
isfel b'mod sikur u sod fuq wiċċ li ma jigrifx, neħħi ż-
żewġ viti li qed iżommu l-parti ta' fuq tal-ġog. Erfa' l-ġog
u iġbed 'l isfel biex taqla' t-tabs.
Pass 2 -- Neħħi ż-żewġ viti tal-qiegħ li qed iżommu ċ-
ċappetta f'postha. Neħħi l-kaver iż-żgħir taċ-ċappetta.
Pass 3 -- Neħħi l-erba' viti li qed iżommu l-bażi mad-
displej u neħħi l-bażi ġentilment.
369