Télécharger Imprimer la page

GE Druck ADTS 405 R/F Mk2 Guide D'installation page 198

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 95
3.
Installazzjoni
3.1. Ventilazzjoni u Tkessiħ (Figura 1 u Figura 2)
Il-bokka tal-arja tat-tkessiħ għall-unità m'għandhiex tiġi ostakolata. It-toqob
tal-ventilazzjoni għall-iżbokk tal-arja tat-tkessiħ jippermettu fluss ħieles tal-
arja ġewwa u madwar l-unità, speċjalment f'temperaturi għoljin tal-ambjent.
Il-verżjoni ADTS 405R li tiġi mmuntata fuq l-ixtilliera toqgħod fi xtilliera
standard 6U b'tul ta' 19-il pulzier. Jeħtieġ li jkun hemm biżżejjed spazju fuq
wara tal-unità għall-kejbils u l-pajpijiet kollha. It-tul tal-kejbils u tal-pajpijiet
jippermettu t-tneħħija u t-twaħħil tal-unità fl-ixtilliera tat-tagħmir.
Nota: Meta jkun qiegħed jinstalla l-ADTS 405R f'sistema, it-tekniku tal-
installazzjoni huwa responsabbli wkoll għas-sigurtà tas-sistema.
3.2. Servizzi tal-Pressjoni u tal-Vakwu
Is-sors tal-pressjoni għandu jkun arja xotta nadifa jew Nitroġenu fi pressjoni ta'
minimu ta' 3.5 bar gauge sa massimu ta' 6 bar gauge (51 sa 90 psi gauge). L-
ADTS 405R għandu regolatur intern biex jipproteġi l-kontrolluri. L-iffiltrar
għandu jkun aħjar minn 15-il micron u r-rata tal-fluss disponibbli għandha tkun
aktar minn 2.8 litri/minuta (0.1 piedi kubi/minuta) fil-pressjoni t'hawn fuq. Is-
sors tal-Vakwu għandu jkun 20 mbar assolut (0.3 psi assolut), jew inqas,
b'kapaċità tar-rata tal-fluss aktar minn 11-il litru/minuta (0.39 piedi
kubi/minuta).
3.3. Konnessjonijiet Pnewmatiċi (Figura 3, Figura 4 u Figura 5)
Waqt it-tħaddim normali, kun żgur li jiġu installati l-kapep bil-kamin it-tajbin
mal-konnetturi esterni.
Noti: Il-kapep bil-kamin għandhom jiġu installati fuq outputs fuq quddiem
jew fuq wara li ma jintużawx.
Tnixxija ta' din il-kappa bil-kamin taffettwa l-prestazzjoni tal-ADTS 405F.
Static (Ps) ------------------------------------------------ AN-6, ivvampjar ta' 37°
Pitot (Pt) --------------------------------------------------
Provvista Esterna tal-Pressjoni -----------------------
Provvista Esterna tal-Vakwu --------------------------
Output awżiljarju tal-vakwu (fakultattiv) ------------
Noti:
Kwalunkwe konfigurazzjoni fakultattiva tad-daqsijiet tal-konnetturi tal-
paratija disponibbli għall-ADTS 405F jistgħu jiġu installati kif speċifikat.
Fuq l-ADTS 405R, il-Plug tal-Port tal-Espansjoni (15) TRID tiġi installata jekk
il-port ta' espansjoni ma jkunx qiegħed jintuża mal-pompa esterna PV103R
ta' GE.
[MT] Malti
194
AN-4, ivvampjar ta' 37°
AN-4 ivvampjar ta' 37°
AN-6 ivvampjar ta' 37°
AN-4 ivvampjar ta' 37°
124M8686 Reviżjoni A

Publicité

loading