Télécharger Imprimer la page

Thule 5560060001 Mode D'emploi page 52

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 4
A.11 Ikkonsulta man-negozjant tiegħek jekk għandek xi mistoqsija dwar
l-operazzjonijiet u l-limiti tal-prodotti. Irrevedi l-istruzzjonijiet kollha
u l-informazzjoni tal-garanzija bir-reqqa.
A.12 Jekk jogħġbok qis il-liġijiet u r-regolamenti tal-pajjiż li fh biħsiebek tuża
l-prodott
A.13 Dejjem kun żgur li l-ixtillieri tas-saqaf jew aċċessorji oħra mmuntati fuq
is-saqaf ma jinterferixxux ma' xi sunroof/saqaf panorama/saqaf tal-ħġieġ
li jista' jinfetaħ fuq il-karozza.
B.0 Tagħbija
B.1
It-tagħbija massima speċifkata f-istruzzjonijiet ta' assemblaġġ ma
għandhiex tinqabeż. Madankollu, dan il-limitu huwa dejjem subordinat
għat-tagħbija massima rakkomandata mill-manifattur tal-karozza nnifsha.
Hija dejjem l-inqas tagħbija massima rakkomandata li tapplika. Tagħbija
massima tas-saqaf = piż tat-trasportatur tat-tagħbija + kwalunkwe
aċċessorju tat-trasportatur imwaħħal + il-piż tat-tagħbija stess.
B.2 It-tagħbija ma tistax taqbeż b'mod konsiderevoli l-wiesgħa tat-
trasportatur tat-tagħbija, u għandha dejjem tinfrex b'mod uniformi fuq
it-trasportatur tat-tagħbija u bl-inqas ċentru ta' gravità possibbli.
B.3 Meta jinġarru diversi surfbords, dawn ma għandhomx jitqiegħdu ħdejn
xulxin iżda minfok għandhom jitqiegħdu wieħed fuq l-ieħor.
B.4 Meta tkun qed iġġorr surfbords u oġġetti twal oħra, dawn għandhom
jitwaħħlu kemm fuq quddiem kif ukoll fuq wara tal-vettura.
B.5 L-iskis għandhom jinġarru bit-truf bil-ponta tagħhom iħarsu lejn wara
tal-vettura.
B.6 Kull part li tinħall jew tista' titneħħa tat-tagħbija bħal sits tat-tfal għar-
rota, pompi tat-tajers, fippers u afarijiet simili għandha titneħħa qabel
ma titgħabba.
B.7 It-tagħbija għandha titwaħħal sew. Ma għandhomx jintużaw bungees
elastiċi.
B.8 It-tagħbija għandha tiġi ċċekkjata li hija sigura wara distanza qasira,
u minn hemm 'il quddiem f'intervalli xierqa. Issikka ċ-ċineg li jżommu tat-
tagħbija kull meta jkun meħtieġ.
NOTA! Always check the load's attachment security.
C.0 Proprjetajiet ta' sewqan u regolamenti
C.1
Il-veloċità tas-sewqan għandha dejjem tiġi aġġustata skont it-tagħbija
li tkun qiegħda tinġarr u l-kundizzjonijiet tas-sewqan attwali, bħat-tip
ta' triq, il-kwalità tat-triq, il-kundizzjonijiet tar-riħ, l-intensità tat-trafku
u l-limiti ta' veloċità applikabbli, iżda taħt l-ebda ċirkostanza ma għandha
taqbeż il-130 km/h. Għandhom dejjem jiġu osservati l-limiti ta' veloċità
applikabbli u regolamenti tat-trafku oħrajn.
C.2 Suq bil-mod fuq l-isleeping police, b'mhux aktar minn 10 km/h.
C.3 Innota li l-għoli totali tal-vettura jiżdied meta jinġarru tagħbijiet weqfn.
C.4 Il-karatteristiċi ta' sewqan tal-vettura u l-mod kif tibbrejkja jinbidlu
u l-vulnerabbiltà tagħha għar-riħ mill-ġenb jiżdied meta tinġarr tagħbija
fuq is-saqaf.
52
5560060001

Publicité

loading