Télécharger Imprimer la page

Informazzjoni Regolatorja; Approvazzjonijiet Tal-Aġenzija Regolatorja - 3M C3266PW Manuel D'utilisation

Masquer les pouces Voir aussi pour C3266PW:

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 235
491
Kapitolu 4

Informazzjoni Regolatorja

Approvazzjonijiet tal-Aġenzija Regolatorja
Il-prodott tiegħek jikkonforma mal-istandards regolatorji li ġejjin:
 FCC-B
 CE
 RCM (l-Awstralja/New Zealand)
 ICES Klassi B (il-Kanada)
It-3M Multi-Touch Chassis Display jista' jikkonforma ma' standards regolatorji oħra.
Jekk jogħġbok ikkuntattja s-Servizz tal-Klijenti ta' 3M Touch Systems jew l-Inġinier
tal-Applikazzjoni tal-Qasam tiegħek jekk għandek mistoqsijiet dwar ċertifikazzjoni
mhux elenkata hawn fuq.
Dan it-tagħmir ġie ttestjat u nstab li huwa konformi mal-limiti għal apparat diġitali
tal-Klassi B, skont il-Parti 15 tar-regoli tal-FCC. Dawn il-limiti huma mfassla biex
jipprovdu protezzjoni raġonevoli kontra interferenza li tagħmel il-ħsara
f'installazzjonijiet residenzjali. Dan it-tagħmir jiġġenera, juża u jista' jirradja enerġija
tal-frekwenza tar-radju, u jekk ma jiġix installat u użat skont l-istruzzjonijiet, jista'
jikkawża interferenza li tagħmel il-ħsara lill-komunikazzjonijiet tar-radju.
Madankollu, ma hemm l-ebda garanzija li ma sseħħx interferenza f'installazzjoni
partikolari. Jekk it-tagħmir ma jikkawżax interferenza lir-riċezzjoni ta' tagħmir tar-
radju u tat-televiżjoni, li jista' jiġi determinat billi titfi u tixgħel it-tagħmir, l-utent
huwa mħeġġeġ li jipprova jikkoreġi l-interferenza permezz ta' waħda jew iżjed mill-
miżuri li ġejjin:
 Erġa' orjenta jew ippożizzjona l-antenna li qed tirċievi.
 Ċaqlaq it-tagħmir 'il bogħod mir-riċevitur.
 Ikkonsulta n-negozjant jew tekniku espert tar-radju/tat-televiżjoni għal
suġġerimenti oħra.
Avviż: Inti avżat li kull tibdil jew modifika għat-tagħmir li mhuwiex approvat
espressament mill-parti responsabbli għall-konformità jista' jħassar il-garanzija
tiegħek.
Dan l-apparat diġitali tal-Klassi B jilħaq ir-rekwiżiti tar-Regolamenti Kanadiżi dwar
Tagħmir li Jikkawża Interferenza.
Dan it-tagħmir jikkonforma mal-Parti 15 tar-regoli tal-FCC: It-tħaddim huwa soġġett
għaż-żewġ kundizzjonijiet li ġejjin: (1) Dan it-tagħmir ma jistax jikkawża
interferenza li tagħmel il-ħsara, u (2) dan it-tagħmir irid jaċċetta kull interferenza li
jirċievi, inkluża interferenza li tista' tikkawża operazzjoni mhux mixtieqa.
Gwida għall-Utent għal 3M
Informazzjoni Proprjetarja ta' 3M Touch Systems, Inc.
TM
Multi-Touch Chassis Display

Publicité

loading

Ce manuel est également adapté pour:

C4267pwC4667pwC5567pwC6587pw