Télécharger Imprimer la page

Ansell AlphaTec 2300 STANDARD Instructions D'utilisation page 47

Publicité

MT
IKOMPLI
jiġi applikat għall-protezzjoni sħiħa tat-tip. Meta tuża dan il-coverall mingħajr barnuża b'barnuża separata żżgura li l-barnuża
għandha ftuħ elastiċizzat tal-wiċċ u li kopertura għall-ispallejn ta' 10 ċm li għandu jintlibbes taħt l-indument. Il-barnuża għandha
tkun ittejpjata kollha kemm hi mal-coverall.
• L-ebda indument ma jipprovdi protezzjoni kompluta kontra l-kimiċi jew aġenti perikolużi kollha. Id-deċiżjoni dwar adattabilità
ta' prodotti Ansell, kemm jekk waħedhom jew f'kombinazzjoni ma' PPE addizzjonali għal applikazzjoni hija r-responsabilità finali
tal-utent.
• Mudelli b'kalzetti mehmużin; il-kalzetti huma diżinjati biex jintlibbsu ġo bwież li jipproteġu mill-kimika (mibjugħa separatament)
b'sovraflepp pożizzjonat fuq il-parti ta' fuq tal-ftuħ tal-bwież. Kalzetti jew bwież mehmużin mhumiex adattati għal mixi jew biex
toqgħod bilwieqfa fuq tixrid kimiku jew għadajjar ta' likwidi
• Żraben li jirritardaw iż-żlieq joffru reżistenza ristretta għa'-żlieq, imma mhux ser jeliminaw kompletament ir-riskju ta' żlieq u/jew
waqgħat, speċjalment f'uċuħ imxarrba. Iżgura li l-kalzetti jew il-bwież jipprovdu reżistenza mekkanika xierqa għall-wiċċ li jrid isir
il-mixi fuqu u li l-pett m'għandux ħsara. Xi materjal użat fuq bwież, sovrażraben jew kalzetti mehmużin jew bwież mhumiex
għall-użu f'ambjenti fejn hemm risku ta' żlieq u/jew waqgħat.
• Mudelli li fihom tejp fiddien retroriflessiv għal viżibilità aħjar; il-prodott ma jikkonformax ma' EN ISO 20471.
• Mudelli li fihom ħoloq għal swaba' għandhom jintużaw biss b'sistema doppja ta' ingwanti fejn min jilbishom irid ipoġġi l-ħoloq fuq
is-sottingwanta u t-tieni ingwanta mbagħad tintlibbes fuq il-komma tal-indument.
• Twissija – jekk preżenti, irbit b'ganċijiet u anelli m'għandux jinfetaħ waqt tħaddim f'żoni perikolużi
• Indument parzjalment protettiv tal-ġisem ma jissodisfax ir-rekwiżit ta' kopertura korporali kompluta ta' EN 1149-5: 2008.
Valutazzjoni sħiħa tar-riskju li tikkonsidra l-użu ta' indumenti protettivi addizzjonali għall-ġisem kollu li tikkonforma ma' EN 1149-
5:2008, għandha ssir biex jiġi żgurat li l-indument ikun ertjat b'mod adegwat u li l-kopertura reali tal-ġisem miksuba tkun aċċettabbli.
Fil-każ mhux probabbli ta' difetti, m'għandekx tilbes l-indument. Irritorna l-indument difettuż (mhux użat u mhux kontaminat) lill-aġent
tiegħek.
Ħażna:
M'għandekx taħżen fi sħana eċċessiva jew dawl tax-xemx dirett
Rimi:
Armi l-indumenti b'konformità mar-regolamenti lokali
Għal mistoqsijiet jekk jogħġbok ikkuntattja t-tim tekniku t'Ansell
Il-manifattur jirrinunzja għall-garanziji kollha mhux iddikjarati speċifikament fl-imballaġġ tal-prodott u mhux responsabbli għall-użu
mhux xieraq ta' prodotti t'Ansell.
AlphaTec
2300 STANDARD
®
INSTRUCTIONS FOR USE
45

Publicité

loading

Produits Connexes pour Ansell AlphaTec 2300 STANDARD

Ce manuel est également adapté pour:

Puat23s002214