•
Xaqliba tal-oġġett 3D: Il-linji gwida tad-disinn għax-xaqliba tal-oġġetti 3D jistgħu jinstabu fil-Gwida
għall-Manifatturi
•
Ħxuna tal-oġġett 3D: Il-linji gwida tad-disinn għall-ħxuna tal-oġġetti 3D jistgħu jinstabu fil-Gwida
għall-Manifatturi
•
Apparat għall-Ipproċessar Aħħari Suġġerit:
•
Aċċessorji validati minn Formlabs
•
Apparat għall-ħasil tat-tagħmir b'solvent approvat validat minn Formlabs
•
Apparat għat-tnixxif tal-oġġetti stampati validati minn Formlabs
ĦTIĠIJIET
Biex jikkonferma li għandu l-ħtiġijiet tal-bijokompatibbiltà kollha, IBT Resin ġie validat b'tank tar-raża,
pjattaforma tal-oġġetti, ħassiela u apparat għall-ipproċessar aħħari apposta li ma tħalltu ma' ebda raża oħra.
A. STAMPAR
Tista' ssib il-linji gwida u l-apparat validat għall-istampar fil-Gwida għall-Manifatturi billi żżur
support.formlabs.com.
B. ĦASIL
Tista' ssib il-linji gwida u l-apparat validat għall-ħasil fil-Gwida għall-Manifatturi.
C. WARA T-TNIXXIF
Tista' ssib il-linji gwida u l-apparat validat għall-ħidma wara t-tnixxif fil-Gwida għall-Manifatturi.
D. TNEĦĦIJA TAL-MARKI TAL-APPOĠĠ
Il-marki tal-appoġġ jistgħu joborxu dak li jmiss magħhom jekk ma jitneħħewx. Aqra l-Gwida għall-
Manifatturi biex issib is-suġġerimenti.
E. TINDIF U DIŻINFEZZJONI
1. L-oġġetti li jkunu għaddew mill-ipproċessar aħħari jistgħu jitnaddfu b'toothbrush ratba apposta,
b'sapun newtrali u ilma fietel. Tużax toothpaste jew xorta oħra ta' prodotti tat-tindif mal-oġġetti
li jkunu ġew stampati bl-IBT Resin. Wara t-tindif, dejjem għandek tiċċekkja jekk l-oġġett għandux
xi xquq. Armih jekk issib xi ħsara jew xquq.
2. Tista' tnaddaf u tiddiżinfetta l-apparat skont ir-regoli tal-faċilità. Metodu għad-diżinfezzjoni ppruvat:
qiegħed fi spirtu ta' 70% frisk u ħallih hemm għal ħames minuti. Tħallix l-oġġett fl-ispirtu għal iktar
minn ħames minuti. Wara d-diżinfezzjoni, iċċekkja li l-oġġett ma jkunx fih ħsarat jew xquq biex
tiżgura li l-oġġett li tkun fassalt ikun jista' jaqdi l-iskopijiet mekkaniċi tiegħu.
F. ĦAŻNA
1. L-apparat tas-snien stampat għandu jinħażen f'kontenituri magħluqa li jkunu lewn l-ambru jew
mhux trasparenti. Wisq dawl jista' maż-żmien jibdel il-lewn u l-kwalità tal-apparat tas-snien stampat.
2. Aħżen l-istoċċijiet f'temperatura ta' bejn 10°C - 25°C. Tħallix it-temperatura tal-post tal-ħażna
taqbeż il-25°C.
3. Żomm l-istoċċijiet imsakkra u 'l bogħod minn dak kollu li jista' jibda nar.
G. RIMI
1. Ir-raża mnixxfa mhix perikoluża u tista' tintrema mal-bqija taż-żibel.
2. Jekk xi materjal li tkun qed tarmi jista' jitqies ta' periklu bijoloġiku, imxi mal-protokolli tal-faċilità.
3. Ir-raża f'forma likwida u s-solventi mhux użati għandhom jintremew skont ir-regolamenti tal-post
fejn tinsab.
4. L-istoċċ u l-pakkett imniġġsa tal-prodott għandhom jintremew skont ir-regolamenti tal-post fejn tinsab.
H. SITWAZZJONIJIET MHUX MIXTIEQA
Biex tirrapporta xi korriment serju (problemi ta' saħħa serji temporanji jew permanenti, theddida
serja għas-saħħa pubblika jew mewt), ikkuntattja lil Formlabs Inc. (+1 617 855 0762) jew lill-awtorità
responsabbli minn dawn is-sitwazzjonijiet tal-post fejn tinsab.