Qabel tibda tistampa, aqra l-Manufacturing Guide u d-dental applications guide ta' dan il-materjal li
tista' ssibhom billi żżur support.formlabs.com. Dawn se jgħinuk tifhem is-suġġerimenti għall-istampar
u l-ipproċessar ta' dan il-materjal u dak li hu meħtieġ biex tiżgura li dan il-materjal jintuża kif suppost
u b'mod sigur. Għal informazzjoni dettaljata dwar is-sigurtà u l-effetti tal-prodott fuq l-ambjent, aqra
s-Safety Data Sheet li tista' tinkiseb minn support.formlabs.com.
I. Daħla u Istruzzjonijiet għall-Użu
DAĦLA U SKOP TAL-PRODOTT
IBT Resin huwa raża msejsa fuq il-polimeri li jinxef bid-dawl u li tfassal biex jintuża għall-ħolqien ta'
apparat tas-snien u ortodontiku li jista' jinbena saff saff u li jkun bijokompatibbli, jista' jintuża fit-tul u
li jista' jinqala'. Huwa maħsub għall-istampar 3D ta' apparat tas-snien u ortodontiku bħal pereżempju
mfarad għall-irbit indirett tas-snien.
ISTRUZZJONJIET GĦALL-UŻU
IBT Resin huwa raża msejsa fuq il-polimeri li jista' jintuża biex tistampa l-imfarad għall-irbit indirett tas-snien.
META M'GĦANDEKX TUŻA L-PRODOTT
IBT Resin m'għandux jintuża f'każ ta' allerġija magħrufa jew sensittività eċċessiva għar-rażi tal-fotopolimeri.
F'każ ta' reazzjoni allerġika, waqqaf l-użu minnufih u kellem tabib.
PAZJENTI LI L-PRODOTT MAĦSUB GĦALIHOM
Il-pazjenti u dawk kollha li tabib ordnalhom trattament marbut mal-iskop tal-prodott.
MIN GĦANDU JUŻA L-PRODOTT
Dentisti li jiffabbrikaw apparat tas-snin.
BENEFIĊĊJU KLINIKU
Il-benefiċċju kliniku ta' IBT Resin huwa li tista' tużah biex tistampa mfarad għall-irbit indirett tas-snien
personalizzati għall-pazjent.
II. Sigurtà
TWISSIJIET MARBUTA MAR-RAŻA
•
IBT Resin (mhux imnixxef) fih monomeri li jistgħu jiġu polimerizzati.
•
Għat-twissijiet marbuta mar-rażi likwidi, jekk jogħġbok aqra s-Safety Data Sheet ta' IBT Resin billi
żżur support.formlabs.com.
TWISSIJIET MARBUTA MAL-UŻU TAR-RAŻA
•
Int u taħdem bir-raża għandek dejjem tilbes nuċċalijiet protettivi u ingwanti tan-nitril. Għal iktar
informazzjoni dwar kif għandek taħdem bl-IBT Resin, jekk jogħġbok aqra s-Safety Data Sheet billi
żżur support.formlabs.com.
INFORMAZZJONI GĦAS-SIGURTÀ TAL-PAZJENTI
•
Il-pazjent għandu jgħarraf lit-tabib b'kull allerġija jew sensittività għar-raża tal-fotopolimeri li jkun jaf biha.
•
F'każ ta' reazzjoni allerġika, waqqaf l-użu minnufih u kellem tabib.
•
Tużax l-apparat jekk ikun fih xi ħsarat jew xquq.
•
Jekk ikun tkagħbar jew ħżien ħafna u/jew jitfaċċaw xi toqob fih, l-apparat għandu jinbidel biex
tevita li jinkiser u/jew li jwassal għal korriment.
III. Karatteristiċi Mekkaniċi
Għal iktar dettalji dwar il-karatteristiċi mekkaniċi ta' dan il-materjal tista' ssib it-technical data sheets billi
żżur support.formlabs.com. IBT Resin ġie ċċekkjat skont ISO 10993-1:2020 u ISO 7405:2018 u għandu
dak kollu li hu meħtieġ biex jgħaddi mill-eżamijiet ta' bijokompatibbiltà marbuta ma' dawn l-istandards.
IV. Qejsien Partikolari għall-Manifattura
Aqra l-Gwida għall-Manifatturi billi żżur support.formlabs.com għas-suġġerimenti fuq kif tistampa
l-oġġetti u għal dak li hu meħtoeġ biex tiżgura li dan il-materjal jintuża kif suppost b'mod sigur.
•
Tagħmir: Formlabs 3D Printer u l-aċċessorji tiegħu
•
Softwer: Formlabs PreForm