Baker Hughes Masoneilan BHMN-32102H Instructions D'installation page 17

Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 9
It-tagħmir li għadek kemm xtrajt kien maħsub, immanifatturat u ttestjat
skont ir-rekwiżiti essenzjali tas-sigurtà tad-Direttiva Ewropea ATEX
2014/34/UE.
Aqra dawn l-istruzzjonijiet bir-reqqa QABEL ma tinstalla, tuża jew
tagħmel manutenzjoni fuq dan l-istrument.
Prodotti
intenzjonati
għal
potenzjalment splussivi jew trab li jista' jieħu n-nar iridu:
 Jiġu installati, jitpoġġew fis-servizz u jinżammu f'konformità mar-
regolamenti nazzjonali u lokali u skont ir-rakkomandazzjonijiet li
rilevanti
jinsabu
fl-istandards
potenzjalment splussivi.
 Jiġu installati, jitpoġġew fis-servizz u jinżammu minn professjonisti
kkwalifikati u kompetenti li jkunu segwew taħriġ adattat għall-
istrumentazzjoni li tintuża f'atmosferi potenzjalment splussivi.
Taħt ċerti kundizzjonijiet ta' tħaddim, l-użu ta' strumenti bil-ħsara jista'
jikkawża degradazzjoni tal-prestazzjonijiet tas-sistema, li tista' twassal
għal korriment personali jew mewt.
Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur, biex
tiggarantixxi li l-prodotti jkunu konformi mar-rekwiżiti essenzjali tas-
sigurtà tad-Direttivi Ewropej imsemmija hawn fuq.
IMMARKAR
Dresser Produits Industriels S.A.S. jew GE Oil & Gas India Pvt. Ltd.
jew Dresser LLC. jew Dresser Italia S.r.l. jew Dresser Japan Ltd. skont
is-sit tal-manifattura.
II 2 G/D, II 2 G, II 3 G/D jew II 3 G skont il-każ (*)
Ex h IIA jew IIB jew IIC jew IIB + H2 T6...T1 Gb X, skont il-każ (*)
Ex h IIIA jew IIIB jew IIIC jew IIIB + H2 T85°C...T450°C Db
każ (*)
Temperatura ambjentali massima, X: ara l-istruzzjonijiet
Sena tal-manifattura
Numru tas-serje
Nru. tal-File Tekniku
Attenzjoni: riskju ta' ħruġ elettrostatiku. Togħrokx l-uċuħ tal-plastik.
(*) Stabbilit mill-kategorija tal-istrumenti preżenti fl-assembly.
X: iċċekkja l-kundizzjonijiet ta' tħaddim tal-valv – aral-istruzzjonijiet taħt
"INSTALLAZZJONI".
INSTALLAZZJONI
Qabel tkompli bl-installazzjoni:
 B'attenzjoni oħroġ it-tagħmir minn ġol-pakkett u ċċekkja biex tara
li ma fihx ħsara. Fil-każ ta' kwalunkwe ħsara, avża lill-manifattur.
 Iċċekkja l-kompatibilità tat-tagħmir maż-żona tal-installazzjoni
(Direttiva 99/92/KE).
 Sabiex tqis iż-żieda potenzjali fit-temperatura minħabba fluwidu fil-
valv, għodd flimkien il-valur xieraq indikat hawn taħt mat-
temperatura tal-ambjent u żgura li din hija inqas mit-temperatura
tal-ambjent massima permessa ta' kull strument/aċċessorju:
- Valv rotatorju: 0°C għal T5-T6, 4°C għal T3-T4 u 10°C għal T1-
T2
- Valv bil-moviment alternat: 12°C għal T5-T6, 14°C għal T3-T4 u
20°C għal T1-T2
Eżempju: jekk it-temperatura tal-fluwidu tikkorrispondi għal klassi
T4 u t-temperatura massima tal-ambjent hija 50°C, mela l-
istrument ser ikun iċċertifikat għal temperatura tal-ambjent ogħla
minn 54°C (50°C + 4°C għal T4) għal valv rotatorju u 64°C (50°C
+ 14°C għal T4) għal valv bil-moviment alternat.
Ara l-katalgi disponibbli fuq is-sit tagħna tal-Internet fuq
https://valves.bakerhughes.com/resource-center
 Kun konformi mal-istruzzjonijiet dwar l-insulazzjoni tas-sħana
rakkomandati
mill-manifattur.
insulazzjoni kontra s-sħana mal-bonnet.
Istruzzjoni għall-installazzjoni, l-istartjar, l-użu u
l-manutenzjoni tal-valvoli Masoneilan™ installati
f'atmosferi potenzjalment splussivi.
installazzjoni
f'atmosfera
ta'
li
jikkonċernaw
l-atmosferi
, skont il-
X
B'mod
partikulari,
Wettaq il-konnessjonijiet pnewmatiċi u elettriċi tal-istrumenti wara li
tiċċekkja li l-kundizzjonjiet lokali jippermettu li jsir dan. L-istruzzjonijiet
kollha meħtieġa għall-installazzjoni korretta u sigura tal-istrumenti
huma disponibbli fl-istruzzjonijiet ATEX speċifiċi mehmużin mal-
istrument. Tista' wkoll tikseb aċċess għal dawn l-istruzzjonijiet fuq is-
sit
tagħna
gass
center
B'mod partikulari:
 Aċċerta ruħek li l-installazzjoni tkun konformi mar-regolamenti u
l-istandards applikabbli, u osserva l-parametri tas-sigurtà tal-
istrumenti.
 Ikkonnettja l-valv u l-istrumenti elettriċi mal-ground.
 Irrispetta l-polaritajiet tal-konnessjoni elettrika.
 Uża cable entries li jkunu konformi mar-regolament ATEX u li
huma adattati għaż-żona u l-mod ta' protezzjoni tal-istrument.
Nota għal valvijiet bl-għażla ta' materjal tal-korp tat-Titanju:
Dan il-materjal jista' jiffirma xrar li jista' jaqbad taħt impatt ma' materjal
li jkun iebes biżżejjed, anke fin-nuqqas ta' sadid. Jekk jogħġbok
ikkunsidra r-riskju ta' tali impatt u ħu passi biex ittaffih jekk
tikkunsidrahom neċessarji.
Qabel ma tpoġġi l-valv fis-servizz, iċċekkja li l-appliances kollha jkunu
mqabbdin b'mod korrett u li l-għotjien tas-sigurtà u l-viti jkunu f'posthom.
Uża l-valv fil-limiti tat-temperatura rakkomandati mill-manifattur
(ara l-paragrafu dwar l-installazzjoni).
 Tużax il-valv għal kwalunkwe applikazzjoni ħlief dik speċifikata
inizjalment.
 Agħmel ċert li ma jkun hemm l-ebda frizzjoni bejn l-isteam shaft u
l-packing follower tal-istuffing box.
 Iċċekkja b'mod regolari li ma jkunx hemm tnixxija mill-istuffing box
jew mill-gasket.
 Irrispetta l-istruzzjonijiet għall-użu tat-tagħmir elettriku.
 Evita kwalunkwe impatt fuq l-aluminium alloy shells.
 Togħrokx l-għotjien tal-plastik tal-valvoli; dan jista' jikkawża riskju
ta' ħruġ elettrostatiku li jista' jwassal għal splużjoni.
 Togħrokx il-kisja taż-żebgħa tal-valv meta jintuża f'atmosfera bil-
grupp tal-gass IIC, dan jista' jikkawża riskju ta' ħruġ elettrostatiku
li jista' jwassal għal splużjoni.
 Żgura li l-fluwidu ma jkunx qed iġorr frak li x'aktarx se joħolqu
xi xrara jekk l-intern tal-valv jista' jiġi kkunsidrat bħala żona ATEX.
Qabel ma twettaq xogħol ta' manutenzjoni, żgura li l-kundizzjonijiet
lokali jkunu adattati għall-operazzjonijiet: Kun żgur li jkun hemm
tagħmir adattat tal-protezzjoni u tas-sigurtà disponibbli, billi tikkunsidra
n-natura tal-operazzjonijiet u ż-żona fejn ikunu se jitwettqu.
 Wettaq l-operazzjonijiet tal-manutenzjoni b'konformità mal-
istruzzjonijiet speċifiċi għall-prodott ikkonċernat.
 Uża biss spare parts ġenwini, li huma pprovduti mill-manifattur.
 Neħħi depożiti ta' trab li jista' jieħu n-nar li jistgħu jiffurmaw fuq
kwalunkwe wiċċ espost.
 Jekk tibdel actuator, hu essenzjali li żżomm it-tikketta oriġinali tal-
manifattur u twaħħalha mal-actuator il-ġdid.
Sabiex tevita l-produzzjoni ta' xrar minħabba ħruġ elettrostatiku,
huwa rakkomandat li ssegwi l-istruzzjonijiet tal-Kodiċi tal-Prattika
CLC/TR 60079-32-1. Pereżempju, l-utent jipproċedi għat-tindif tal-
tagħmir, u b'mod partikolari
ta' biċċa mxarrba. Għal raġunijiet ta' sigurtà, din l-operazzjoni tista'
titwettaq biss meta l-kundizzjonijiet lokali ma jkunux potenzjalment
splussivi.
tagħmilx
Sorveljanza ta' tagħmir f'atmosferi potenzjalment splussivi: kun
konformi mar-regolamenti fis-seħħ (Direttiva 99/92/KE).
tal-Internet
https://valves.bakerhughes.com/resource-
STARTJAR
UŻU
MANUTENZJONI
l-komponenti tal-plastik u
BHMN-32102H-MT
(ta' qabel 186015)
02/2023 - Maltese
kisi, permezz

Publicité

Table des Matières
loading

Table des Matières