All manuals and user guides at all-guides.com
Importanti: Żomm dawn l-istruzzjoni
MT
sabiex tirreferi għalihom fil-futur.
Informazzjoni importanti ta' sigurtà
Gwida għal min ser jużah:
Il-manwal tal-istruzzjonijiet għandu jinżamm f'post sigur mas-sedil tal-karozza għat-
tfal sakemm tibqa' tuża dan is-sedil:
Fuq wara tas-sedil tal-karrozza għat-tfal, hemm but biex fih tpoġġi l-manwal tal-
istruzzjonijiet.
Cosatto jixtieq li inti tkun kuntent bil-mod li dan is-sit tal-karozza għat-tfal huwa
mpoġġi u bis-sigurtà tiegħu. Jekk għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattja
t-tim tagħna li jaqdi lill-klijenti fuq it-telefon (+44 0800 014 9252) jew bil-posta
elettronika (cuddle@cosatto.com).
Ġenerali:
•
Dan is-sit tal-karozza għat-tfal ġie approvat għal grupp ta' massa 0+ li huwa
adattat għat-trasport bil-karozzi ta' tfal mit-twelid sa 13-il kg (madwar 15-il xahar).
•
TWISSIJA: QATT tuża dan is-sedil tal-karrozza għat-tfal fuq is-sedil tal-
passiġġier jekk dan is-sedil ikun mgħammar b'borża tal-arja attiva.
•
Dan is-sedil tal-karrozza għat-tfal għandu dejjem jintuża f'pożizzjoni li jħares lura.
•
TWISSIJA: QATT tuża dan is-sedil tal-karrozza għat-tfal b›mod li
l-ġnub tiegħu ikunu faċċata tas-sedil tal-vettura.
•
TWISSIJA: Kull parti tal-plastik u kull oġġett riġidu tas-sedil tal-
karrozza għat-tfal għandu jitqiegħed u jiġi nstallat b'tali mod li ma
jkunx possibli li, waqt l-użu ta' kuljum tal-vettura, dawn jinqabdu mas-
sedil li jkun qiegħed jiġi mċaqlaq jew f'xi bieba tal-vettura.
•
TWISSIJA: Jekk tuża punti li jerfgħu t-tagħbija differenti minn dawk
deskritti fl-istruzzjonijiet, tista' tkun qiegħed tnaqqas b'mod sinifikanti
l-fattur ta' protezzjoni tas-sedil tal-karrozza għat-tfal.
•
TWISSIJA: DEJJEM orbot it- tarbija tiegħek biċ- ċintorin tas-sigurtà
meta tuża dan is-sit tal-karozzi għat-tfal.
•
TWISSIJA: QATT tħalli t-tarbija tiegħek waħedha.
•
Tpoġġix affarijiet bħal xugamani jew kuxxins taħt is-sedil tal-karrozza għat-tfal.
Dan jista' jaffettwa l-prestazzjoni tas-sedil tal-karrozza għat-tfal f'inċident.
•
Iċ-ċinturin tas-sigurtà li jkun qiegħed iżomm is-sedil tal-karrozza għat-tfal mal-
vettura għandu jkun issikkat, u ċ-ċinturin m' għandux ikun mibrum.
•
Dejjem kun żgur li ċ-ċintorin tas-sit tat-tfal u ċ-ċinturin tal- vettura huma issikkati
tajjeb biex tiżgura protezzjoni massima għat-tarbija tiegħek.