Table des Matières

Publicité

MALTI
1.1
Noti ta' sigurtà
Qabel ma tużaha ara li ma fiha ebda ħsara minn
barra! Jekk issib xi ħsara
jew xi tip ta' difett, dan l-apparat ma jistax jintuża.
L-apparat u t-tagħmir ta' l-elettriku mqabbad
miegħu jista' jitħassar jekk it-tagħbija ta' kurrent
tkun ogħla mill-valuri murija fuq il-pjanċa ta'
l-ispeċifikazzjonijiet tal-kurrent.
Tużax l-istrixxa tas-sokits fi kmamar umdi. Jekk
tidħol l-umdità fl-istrixxa tas-sokits, aqla' minnufih
l-plakka minn mal-provvista ta' l-elettriku, jew itfi
l-kurrent minn fuq element ta' protezzjoni 'il fuq.
Ibgħat l-istrixxa tas-sokit lill-manifattur sabiex
isirulha t-testijiet.
Ikkalibra t-tagħbija massima permessa fuq
il-fjus fl-installazzjoni tal-bini skond il-planċa
ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-kurrent. Għandhom
jiġu mħarsa wkoll ir-regolamenti nazzjonali,
id-dispożizzjonijiet dwar sigurtà u l-varjazzjonijiet
tat-tagħbijiet tal-fjus.
Jekk issir xi bidla fl-apparat, dan itellef kull pre-
tensjoni taħt il-garanzija.
Agħmel ċert illi l-konsum totali ta' elettriku ta'
l-apparat kollu mqabbad ma' l-istrixxa tas-sokits
ma jeċċedix il-valuri nominali rispettivi tal-kurrent
speċifikati fuq il-pjanċa ta' l-ispeċifikazzjonijiet
tal-kurrent li tinsab fuq l-istrixxa tas-sokit. Tista'
ssib id-dettalji dwar il-konsum ta' elettriku fl-
istruzzjonijiet dwar kif għandek tħaddem l-apparat
u fuq il-pjanċi ta' l-ispeċifikazzjonijiet tal-kurrent
ta' l-apparat imqabbad.
L-apparat għandu jiġi nstallat u mixgħul għall-
ewwel darba biss minn personal speċjalizzat.
Tagħmilx l-istrixxi tas-sokit katina daisy.
L-istrixxi tas-sokits ma jisgħux jitgħattew waqt
operazzjoni.
Strixxi tas-sokits mhux ipplaggjati biss huma
dienerġizzati (anke bi swiċċ integrat).
Fuq unitajiet u varjanti b'konnessjoni fissa, għandu
jkun hemm faċilment disponibbli separatur li jista'
jiġi aċċessat faċilment fuq iċ-ċirkwitu ta' provvista
ta' kurrent fuq is-sit.
Fir-rigward ta' mudelli bi fjus (fjusijiet) li ma
jistgħux jiġu risettjati, il-provvista ta' l-elettriku trid
tiġi mwaqqfa qabel ma jinbidel il-fjus!
Fir-rigward ta' strixxi tas-sokits bi plakka, is-sokit
tal-plakka għandha tkun imwaħħla fil-viċinanza
tal-istrixxa tas-sokits u tkun aċċessibbli faċilment.
Twissija!
Qabbad l-istrixxa tas-sokits biss ma' sokit
b'kuntatt ma' l-ert jew ma' sistema ertjata!
Vertiv | Knürr® DI-Strip Rack PDU und Serimat – Steckdosenleisten | 03.300.999.1 | Index D | ECR no. 18618 I 10/18
11

Publicité

Table des Matières
loading

Produits Connexes pour Vertiv Knurr DI-Strip

Table des Matières