Télécharger Imprimer la page

Panasonic CF-30 Serie Mode D'emploi page 112

Masquer les pouces Voir aussi pour CF-30 Serie:

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 18
Aqrani L-Ewwel
Informazzjoni għal-Utenti dwar il-Ġbir u r-Rimi ta' Tagħmir Qadim u Batteriji
użati
Dawn is-simboli fuq il-prodotti, ippakkjar, u/jew dokumenti li jiġu magħhom i ssru li prodotti elettriċi u
elettroniċi wżati m'għandhomx jiġu mħallta ma' skart domestiku ġenerali.
Għal trattament xieraq, irkupru jew riċiklaġġ ta' prodotti qodma u batteriji wżati, jekk jogħġbok ħudom  l-punti
ta' ġbir apposta għalihom, skond il-leġislazzjoni nazzjonali tiegħek u d-Direttivi 2002/96/KE u 2006/66/KE.
Billi tarmi dawn il-prodotti u batteriji b'mod xieraq, inti tgħin biex issalva riżorsi ta' valur u tevita xi effetti
negattivi li jista' jkun hemm fuq is-saħħa tal-bniedem u fuq l-ambjent li jistgħu  l-kuntrarju jiġu minn ħelsien
mhux kif suppost ta' skart.
Għal aktar informazzjoni dwar il-ġbir u r-riċiklaġġ ta' prodotti qodma u batteriji, jekk jogħġbok ikkuntattja
l-komunita' lokali tiegħek, is-servizz ta' ġbir ta' skart tiegħek jew il-post minn fejn int xtrajt l-affarijiet.
Xi penali jistgħu jiġu applikati għar-rimi ta' dan l-iskart mhux kif suppost, skond il-legiżlazzjoni nazzjonali.
Għall-utenti kummerċjali  -Unjoni Ewropea
Jekk tixtieq tarmi apparat elettriku jew elettroniku, jekk jogħġbok ikkuntattja lin-negozjant jew minn għand
min xtrajt l-oġġett għal aktar informazzjoni.
[Informazzjoni dwar ir-Rimi f'Pajjiżi oħra barra mill-Unjoni Ewropea]
Dawn is-simboli huma validi biss  -Unjoni Ewropeja. Jekk tixtieq tarmi dan il-prodott, jekk jogħġbok ikkuntat-
tja lillawtoritajiet lokali tiegħek jew lill-aġent u staqsi dwar kif tista' tarmi korrettament dan il-prodott.
Nota dwar is-simbolu tal-batterija (l-aħħar żewġ simboli bħala eżempju):
Dan is-simbolu jista' jiġi wżat  imkien ma simbolu ta' kimika.
F'dan il-każ huwa konformi mal-ħtieġa mħejjija mid-Direttiva dwar il-kimika involuta.
Meta tuża Port Replicator jew Car Mounter li fuqu antenna esterna tista' tiġi
installata:
L-antenna esterna għal LAN bla wajers trid tkun installata b'mod professjonali.
Il-gain tal-antenna esterna għal LAN bla wajers ma tridx taqbeż 5dBi.
L-utent irid iżomm spazju minimu ta' 20 ċm bejn l-antenna esterna u n-nies kollha li jkun hemm (li jeskludi l-estremi-
tajiet tal-idejn, il-polz u s-saqajn) waqt modi ta' operat bla wajers.
Għall-Użu  l-Garaxx
STRUZZJONIJIET IMPORTANTI DWAR IS-SIGURTÀ
Meta tuża t-tagħmir tal-garaxx tiegħek, il-prekawzjonijiet bażiċi tas-sigurtà għandhom dejjem jiġu segwiti, li jinkludu
dan li ġej:
Aqra l-istruzzjonijiet kollha.
Għandek toqgħod attent għax jista' jkun hemm ħruq jekk tmiss mal-partijiet jaħarqu.
Tħaddimx tagħmir li jkollu wajer bil-ħsara jew jekk it-tagħmir jitwaqqa' jew ikollu xi ħsara - sakemm ikun eżaminat
minn persuna kkwali kata.
Tħallix il-wajer jiddendel lilhemm mit-tarf ta' xi mejda, bank jew counter, jew imiss ma' manifolds jaħaqru jew fan
blades li jkunu jduru.
Jekk ikun hemm bżonn ta' extension cord, għandu jintuża wajer li jkollu rating tal-kurrent li jkun iktar minn dak tat-
tagħmir. Wajers li jkunu rated inqas mill-kurrent tat-tagħmir, jistgħu jisħnu. Għandha tingħata attenzjoni biex wieħed
jirranġa l-wajer b'tali mod li ħadd ma jit xkel  h jew jiġbdu.
Dejjem għandek taqla' l-plagg tat-tagħmir minn ġol-plagg tal-ħajt meta ma jkunx qed jintuża. Qatt m'għandek tuża
l-wajer biex tiġbed il-plagg minn ġol-plagg tal-ħajt. Aqbad il-plagg u iġbidha biex tiskonnettja.
Ħalli t-tagħmir jiksaħ kompletament qabel ma tiġbdu. Dawwar il-wajer madwar it-tagħmir b'mod mhux issikkat meta
taħżnu.
Biex tnaqqas ir-riskju ta' nar, tħaddimx it-tagħmir qrib kontenituri miftuħin li jkun  hom likwidi li jistgħu jieħdu n-nar
(petrol).
Għandha tiġi pprovduta ventilazzjoni adegwata meta tkun taħdem fuq magni b'kombustjoni interna li jkunu qed
jaħdmu.
Biex tnaqqas ir-riskju ta' xokk elettriku, tużax fuq uċuħ imxarrbin jew tesponi għax-xita.
Uża biss kif deskritt  l-manwal. Uża biss it-tagħmir aċċessorju rakkomandat mill-manifattur.
IBŻA' GĦAL DAWN L-ISTRUZZJONIJIET
112
All manuals and user guides at all-guides.com

Publicité

loading

Ce manuel est également adapté pour:

Cf-30k serie