Télécharger Imprimer la page

Telesteps Combi Guide D'utilisation Et D'entretien page 97

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 46
Qabel ma tuża
• Jekk is-sellum jiġi fornut bi żbarr(a/i) stabiliżatriċi/stabilizzaturi, l-iżbarr(a/i) għand(ha/hom )
titwaħħal/jitwaħħlu mill-utent qabel ma jintuża s-sellum.
• Spezzjona s-sellum wara l-forniment u qabel ma tuża biex tikkonferma lkundizzjoni u t-tħaddim
tal-partijiet kollha.
• M'għandekx tuża sellum bil-ħsara.
• Iżgura li inti f'siktek biżżejjed li tista' tuża s-sellum. Ċertu kundizzjonijiet mediċi jew mediċina,
l-alkoħol jew l-abbuż ta' drogi jistgħu jagħmlu s-sellum mhux sikur.
• Iżgura li s-sellum ikun adattat għax-xogħol.
• Neħħi kull tniġġiz minn fuq is-sellum bħal żebgħa niedja, tajn, żejt jew borra.
• Għall-użu professjonali għandha tittieħed stima tar-riskju li tirrispetta lleġiżlazzjoni tal-pajjiż fejn
jintuża.
• Identifika kull riskju ta' dawl fiż-żona tax-xogħol, bħal-linji fuq rasek jew tagħmir ieħor tad-dawl
espost, u tużax is-sellum fejn hemm rskji ta' dawl
• Kun żgur li l-mekkaniżmi li jsakkru għall-iskaluni/turġien kollha estiżi jiġu ċċekkjati u msakkra
qabel l-użu.
• Is-sellum għandu jintuża/jinżamm f'temperaturi ta' bejn -20 - +60 grad C.
Qabel tuża, dejjem iċċekkja
• Il-paranti (il-partijiet weqfin) li ma jkunux milwija, immejla, mibruma, mgħattna, imxaqqa jew imsadda.
• It-tubi teleskopiċi madwar il-punti t'iffissar għal komponenti oħrajn jinsabu f'kundizzjoni tajba.
• It-twaħħil (ġeneralment rivits, viti jew boltijiet) mhumiex nieqsa, maħlula jew imsadda
• Mhemmx skaluni nieqsa, imħollija, eċċessivament deterjorati, imsadda jew danneġġjati
• Ċappetti bejn is-sezzjonijiet ta' quddiem u ta' wara m'għandhomx ħsara, huma mħollija jew imsadda.
• Brekits ta' gwida mhumiex nieqsa, bil-ħsara, imħollija jew imsadda u jaqbdu sew fuq il-parant
korrispondenti
• Saqajn tal-lastku u tappijiet tat-truf mhumiex nieqsa, imħollija, deterjorati eċċessivament,
imsadda jew bil-ħsara.
• Is-sellum kollu huwa ħieles minn kontaminanti (eż. ħmieġ, tajn, żebgħa, żejt jew griż)
• Lukketti li jagħlqu m'għandhomx ħsara u jiffunzjonaw b'mod korrett.
Jekk xi wieħed minn dawn il-verifiċi ma jistgħux jiġu sodisfatti, inti M'GĦANDEKX tuża s-sellum.
A- Biex tiftaħ is-sellum f'sellum li joqgħod għalih
1. Qiegħed is-sellum f'pożizzjoni wieqfa fuq wiċċ sod. Qiegħed sieq fuq l-iskaluni ta' taħt. Ibda
iftaħ is-sellum minn fuq billi tiġbdu 'l fuq sakemm is-sezzjoni taliskaluni tissakkar u ibqa' agħmel
hekk skaluna, skaluna sakemm issezzjonijiet kollha jissakkru.
2. Iċċekkja li t-tagħmir aħmar li jissakkar taħt kull skaluna ikun viżibbli, li jindika li s-sezzjoni hija
msakkra.
B – Biex taqleb għal sellum inklinat
Is-sellum Combi jista' jintuża wkoll bħala sellum li jinklina:
3. Qiegħed is-sellum f'pożizzjoni wieqfa fuq wiċċ livellat. Qiegħed sieq fuq l-iskaluni ta' taħt.
4. L-ewwel iftaħ is-sezzjonijiet ta' wara tal-iskaluni billi tagħfas fuq iż-żewġ lukketti li jsakkru
fil-qiegħ, fil-parti ta' wara tas-sellum, waħda kull darba.
5. Mejjel is-sellum Combi 'l quddiem. Żerżaq flimkien l-aħħar żewġ sezzjonijiet ta' skaluni ta' wara
u ssikka ċ-ċintorin madwar iż-żewġ skaluni biex jinżammu flimkien.
MT

Publicité

loading