gs yuasa GYTII7 Manuel D'utilisation page 49

Table des Matières

Publicité

Les langues disponibles
  • FR

Les langues disponibles

  • FRANÇAIS, page 5
Malti
Soluzzjonijiet f'Każ ta' Problemi
TOO LO: Il-Vultaġġ tal-batterija jinsab taħt il-firxa operattiva
speċifikata (< 6.00V għal batterija ta' 6V jew <12.00V għal batterija
ta' 12V).
ATTENT: Jekk il-batterija tkun inqas minn 5.5V, it-tester mhux ser
jaħdem.
TOO HI: Il-Vultaġġ tal-batterija huwa iktar mill-firxa operattiva
speċifikata (< 6.90V għal batterija ta' 6V jew <13.80V għal batterija
ta' 12V).
999 (jew 9999 meta tagħfas ENTER): Il-batterija qabżet il-firxa
speċifikata. Irreferi għal 'Speċifikazzjonijiet' għall-medda operattiva
tat-tester.
Interferenza elettromanjetika żejda tista' tikkawża li t-tester jiġi
rrisettjat. Jekk it-tester jirrisettja waqt l-ittestjar, skonnettjah minn
mal-batterija, erġa' qabbdu u ibda l-proċess tal-ittestjar mill-ġdid.
Kif tistabbilixxi valur ta' riferenza tal-konduttanza
Il-prestazzjoni tal-batterija tiddependi mit-temperatura. Ħalli
l-batteriji jilħqu t-temperatura tal-kamra qabel tibda tittestja -
idealment madwar 25°C (77°F). Irreferi għall-iskala sussegwenti ta'
kumpens tat-temperatura tal-batterija hawn taħt għall-fattur ta'
kumpens.
Minħabba li l-konduttanza hija kejl relattiv, jeħtieġ li l-ewwel
tistabbilixxi valur ta' riferenza billi tittestja numru ta' batteriji
ġodda bħala kampjuni. Sabiex tistabbilixxi valur ta' riferenza, ħu
nota tal-medja ta' mill-inqas għaxar batteriji tal-istess mudell jew
simili li jkunu ċċarġjati kompletament, preferibbilment fi żmien
90 ġurnata mill-installazzjoni tagħhom. GS Yuasa tirrakkomanda li
l-batteriji kollha għandhom jiġu ttestjati f'medda ta' 20% waħda
mill-oħra (+/–10% tal-valur medju). (Ikkonsulta l-fornitur tal-
batterija tiegħek għal valuri ta' konduttanza). Jekk batteriji ġodda
mhumiex disponibbli, ħu nota tal-valur medju ta' batteriji tal-istess
mudelli jew simili li jkunu nstallati, irrispettivament minn kemm
ikunu qodma. Jekk il-batteriji nstallati jittestjaw f'medda ta'10%
waħda mill-oħra, l-ogħla valur jista' jintuża bħala valur ta' riferenza
temporanju sakemm jkunu disponibbli -batteriji ġodda għall-
ittestjar.
96
Malti
Eżempju: Fi żmien 90 ġurnata mill-installazzjoni, kejjel kampjun ta'
20 batteriji ġdida (12V, 17Ah) li għandhom valur medju ta' 300S
kull waħda meta jkunu ċċarġjati kompletament. Il-konduttanza
tibda tonqos iktar ma l-batterija tibda tiqdiem. L-ammont ta' telf
aċċettabbli jiddependi mit-tip ta' applikazzjoni li għaliha tkun qed
tintuża. Bħala regola ġenerali:
<30% telf = batterija b'saħħitha - l-ebda telf sinifikanti tal-kapaċità
(300 x 0.70 jew iktar ≥210S)
30 sa 40% = batterija marġinali - qed toqrob lejn it-tmien tal-ħajja
ta' użu tagħha (180 sa 210S)
telf ta' >40% = batterija degradata - tista' ma tilħaqx il-load
meħtieġ (300 x 0.60 jew inqas ≤180S)
Ikkonsulta l-fornitur tal-batterija tiegħek biex tiżgura li l-kapaċità
nominali tal-batterija hija biżżejjed għar-run-time tat-tagħmir
filwaqt li tieħu in kunsiderazzjoni l-fattur tal-qdim tal-batteriji xieraq.
Skala ta' kumpens tat-temperatura tal-batterija
Temperatura tal-batterija
35°C (95°F) jew iktar sħun
30°C (86°F)
25°C (77°F)
20°C (68°F)
15°C (59°F)
10°C (50°F)
5°C (41°F)
0°C (32°F) jew iktar kiesaħ
Eżempji:
Billi juża valur ta' riferenza ta' 300, il-GS Yuasa GYT117 jirrapporta
63%, 190S. Jekk it-temperatura tal-batterija tkun 35°C (0.63 x 0.93 =
0.59 jew 59%), il-batterija trid tinbidel.
Għal darba oħra billi juża valur ta' riferenza ta' 300, il-GS Yuasa
GYT117 jirrapporta 63%, 190S. Jekk it-temperatura tal-batterija
tkun 0°C (0.63 x 1.175 = 0.74 jew 74%), il-batterija tkun tajba.
Għal lista sħiħa ta' valuri Siemens għat-tipi ta' batteriji Yuasa żur
is-sit
www.yuasa.com/GYT117
97
Immultiplika GS Yuasa
% valur ta' ref. b'
0.930
0.965
1.000
1.035
1.070
1.105
1.140
1.175

Publicité

Table des Matières
loading

Produits Connexes pour gs yuasa GYTII7

Table des Matières